Occupy Dar Ċentrali

Jgħolli idejh min jaħseb li l-protesti qed isiru biex issir ġustizzja? Biex issir ġustizzja trid tħalli l-investigazzjoni għaddejja. Il-fissazzjoni li l-PN għandu għall-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali hija biss fissazzjoni politika għal raġunijiet partiġġjani.

In-naħa ta’ Simon Busuttil u Chris Said iffissaw dan l-argument biex jattakkaw lil Adrian Delia u l-inabbilta tiegħu li jindirizza l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kif suppost. Għax dan l-argument huwa l-uniku tibna li għandhom biex jaslu għal Adrian Delia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ffissa fuq ir-riżenja tal-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali għax ma għandu ebda argument ieħor x’jagħmel biex ikun jista’ juri li qed jagħmel xi ħaġa f’dawn ir-rigward.

L-intenzjoni vera u propja taż-żewġ naħat hi li jokkupaw id-Dar Ċentrali.

Robert Piscopo huwa Kunsillier tal-PN f’San Pawl il-Baħar.