Minn sitt Deputati, possibbli ħadd ma kien jaf?

Anqas titwemmen li ħadd minnhom ma kien jaf li l-Gvern stess kien l-ewwel wieħed li mar għand l-Awditur Ġenerali biex jistħarreġ il-kuntratti li waslu għall-Public Private Partnership fis-settur tas-saħħa. U tal-iskantament li ħadd minnhom ma jaf xi tfisser PPP li m’hijiex il-privatizazzjoni li ssemmi l-oppożizzjoni.

Peró fid-dadigħa biex tkun negattiva l-Oppożizzjoni Nazzjonalista spiċċat titlob dak li l-gvern diġa’ talab li jsir iktar minn sena ilu.

Mela dalgħodu ħames kelliema tal-Oppożizzjoni marru l-Parlament biex jgħidu li se jitolbu lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-ftehim fil-qasam tas-saħħa, f’avveniment imsemmi “L-Oppożizzjoni titlob investigazzjoni b’rabta mal-privatizzazzjoni ta’ sptarijiet pubbliċi lill-Vitals Global Healthcare Malta”, ma kienu qed jagħmlu u jgħidu xejn ġdid.

Missu qagħad jistenna lilhom l-Awditur!

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, li f’Diċembru tal-2016 talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-ftehim ma’ Vitals Global Healthcare. Għax dan il-gvern m’għandu xejn minn xix jiddejjaq. La kellu dakinhar u lanqas illum.

L-Oppożizzjoni tibqa’ tinsisti li tgħid li l-kuntratt ta’ Vitals kellu partijiet neqsin. Il-verità hi li l-Awditur Ġenerali, li jgawdi r-rispett ta’ kulħadd biex jgħasses flus il-poplu, għandu aċċess għalih b’mod sħiħ u jista’ jinvestiga kemm irid u sa meta jrid.

B’hekk l-azzjoni tal-Oppożizzjoni dalgħodu hi biss pass ieħor fit-tattika maħsuba biex tgħoġob in-negattivi fil-PN. Delia pprova jidher ħelu ma’ Simon, u ma rnexxilux.

  • Alfred

    The six of them are living on the moon, including busulotti u delia