M’hu ħa ngħid xejn!

Mhux talli m’hu ħa ngħid xejn imma min hu bħali anqas jista’ jgħid xejn! Iżda li tkun Viċi Kap tal-PN tista’ tgħajjar lil min trid u kif trid jekk ma jaqbilx miegħek u jikkritikak. Tista’ tgħajjru anke jekk tweġġa’ lil min ikun għaddej minn żmien ikrah f’ħajtu. Ma jimpurtax, l-aqwa li ma tkunx Laburista jew taħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

X’ġiegħel lil Robert Arrigo jgħajjar bid-depression lil min ma jaqbilx miegħu? Sempliċiment kumment fuq Facebook kif jidher hawn isfel.

Ħadd m’hu se jitlob ir-riżenja ta’ Robert Arrigo, ebda soċjeta ċivili m’hu se tikkundanna dak li qal Arrigo, ebda għaqda tal-persuna b’diżabbilta m’hu se titkellem. Il-pampaluni tad-drittijiet iħallu dawn il-kummenti għaddejin.