Kiefra, iżda huwa stat ta’ fatt

Dan l-aħħar il-Kap tal-Oppożizzjoni beda juża l-paragun tal-ġbir tal-flus biex jgħid li hu iktar popolari. Għall-ewwel darba l-PN ġabar ftiti iktar flus mill-PL fil-maratona tal-ġbir ta’ fondi u Adria Delia tela’ s-sema bil-ferħ u sserraħ rasu li n-nies qegħdin warajh.

Tant għandu problema ta’ kredibbilta li ħafna kellhom dubju kemm ġara hekk verament. Imma nsomma, żmien il-Milied u ħaqqu jifraħ hu wkoll, għala le?

Minkejja li ġabar aktar flus, naqqas fil-popolarita u stħarriġ ieħor tal-Malta Today juri li d-distakk bejnu u Joseph Muscat kompla żdied u d-differenza bejniethom hija ta’ 43.2%. Storika. Is-survey sar bejn is-6 u l-14 ta’ Diċembru. (il-ġbir ta’ fondi mill-partiti sar fl-10 ta’ Diċembru).

Fl-aħħar xhur il-fiduċja tan-nies f’Delia kompliet ħadet daqqa l-isfel tant li naqqa it-trust rate tiegħu b’8.8% mix-xahar ta’ qabel u llum qiegħed fl-aktar livell baxx illi qatt kien, 7.2%. Il-Prim Ministru naqqas ftit ukoll 3.3%, imma għadu jgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tan-nies.

Li kieku jkollok tgħodd dawk li qalu li ma jafux f’min għandhom fiduċja u lil dawk li jgħidu li m’għandhomx fiduċja f’ħadd u tgħatihom kollha lil Delia wkoll anqas jgħaddi lil Joseph Muscat.

Biex tkompli tgħaxxaqha, anke l-kelb ta’ Simon Busuttil irnexxilu jġib iktar Likes fuq Facebook minn Adrian Delia!

Din hija naqra kiefra imma huwa stat ta’ fatt li ritratt tal-kelb ta’ Simon Busuttil tella’ 3.8k Likes sa dalgħodu

Waqt li l-messaġġ tal-awguri ta’ Adrian Delia u l-mara tiegħu tella 2.5k Likes!

L-aqwa li ġbarna l-flus!

Il-Kumplament tal-festi t-tajba.