Iridu jnessuna

Fil-jiem li għaddew kien hemm aħbar li l-PN u l-akkolti tiegħu iridu jnessuna. Iriduna ninsew li ddiskriminaw politikament kontra persuna sempliċiment minħabba l-kulur politiku tiegħu. U din mhux l-ewwel darba li ġrat taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

Tiftakruħ il-każ ta’ Emanuel Camilleri? Il-Qorti kienet sabet li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami iddiskrimina politikament kontra Camilleri. Mbagħad kien għamel konferenza tal-aħbarijiet, ħabbar li rreżenja u ħabbar ukoll li l-Kabinett ma kienx aċċetta r-riżenja tiegħu. Farsa sħiħa.

Imma dak li jagħddu minnu lin-nies li ma jaqblux magħhom m’hijiex farsa. Fil-każ li kien fetaħ Mario Cutajar meta kien impjegat ma’ Heritage Malta, instab li l-kuntratt tiegħu ma kienx mġedded minħabba t-twemmin politiku tiegħu.

It-tmexxija ta’ Heritage Malta kienet kuntenta bix-xogħol li kien qed jagħmel Cutajar, iżda l-gvern ma kienx. U l-gvern indaħal fid-deċiżjonijiet ta’ Heritage Malta biex temm ħesrem il-kuntratt. Pero l-istorja ma waqfitx hemm.

Komplew jiddiskriminaw kontra Mario Cutajar anke wara li temmewlu l-kuntatt. Għax wara li neħħewħ minn hemm bagħtuh jaħdem f’uffiċċju mingħajr ma kellu xogħol x’jagħmel. Tawh desk biss.

Illum iriduna ninsew dak li għamlu ma’ Cutajar u ma mijiet oħra ta’ ħaddiema tal-gvern sempliċimwnt għax għandhom opinjoni differenti minn tagħhom. Saħansitra baqgħu jikkritikaw lil Mario Cutajar sa qabel l-elezzjoni li għaddiet meta Simon Busuttil qal “L-appointment ta’ Mario Cutajar huwa l-agħar eżempju ta’ ħatriet politiċi”.

Huma ma jinsewx, jibqgħu iżommuhielek fil-komma, imma lilna iriduna ninsew li jiddiskriminaw politikament left eight and centre.

Tafu x’kien id-dnub mejjet ta’ Mario Cutajar? Kien Assistent Segretarju Ġenerali tal-GWU. Timbru għal għomru li għal PN ifisser li ma tistax taħdem. Bil-“Mod Ġdid” li għandu l-PN bħalissa kont nistenna li Adrian Delia jikkundanna d-diskriminazzjoni politika. Imma Delia huwa ostaġġ tal-establishemtn li tant ikkritika u għalhekk ma fetaħx ħalqu.

Il-gazzetti tal-PN (mhux biss dawk li joħorġu mill-istamperija) ma qalu xejn dwar dan il-każ. Ma inkitbux editorjali, ma nkitbux opinjijiet, ma sarux follo-ups, ħadd ma ċempel lil Lawrence Gonzi jew lil Dolores Cristina. Ħadd ma qal xejn bil-għan illi ninsew.

Min jinsa jerġa’ jiżbalja. Iridu jnessuna biex jerġgħu jagħmlu l-istess meta jkollhom iċ-ċans.

 

  • P Sciberras

    Jiddiispjacini hafna ghas sur Mario Cutajar hu ghal dawk kollha li sofrew taht gvernijiet Nazzionalisti pero l-akbar dispjacir li ghandi hu li dawm il vendikazzionijiet indifnu. Li kieku ahna tal PL mhux bhallma ma ghandghom kull membru hu GVERN tal EU gazzeta bil lingwa ingliza dawk li isegwu x’qed jigri vera Malta mhux il gazzeti kollha bl Inglis.
    Hal namilha cara biex in nies taghana ma joqodhux jikgpu ghax din tigi tiswa hafn.
    JIEN QIEGHED NIRREFERI GHALL GAZZETTA ON LINE ESSKLUSIKAMENT TAL PL BIL LINGWA IMGLIZA.

  • Oily Garchy

    Tajjeb li niftakruhom dawn l-affarijiet. Żewġ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti differenti ħatja ta’ diskriminazzjoni politika kontra nies li m’humiex tat-twemmin politiku tagħhom. F’dan l-aħħar każ kellha x’taqsam persuna li għal aktar minn darba serviet bħala aġent president. Imisshom jistħu.

  • Kris Bajada

    Imagine being arrested for no valid reason and detained , made to go up 2 flights of stairs with 50 fresh stitches in my abdomen ! Why ? because I had an argument with his sister ! Simon wants to talk about rule of law !! If he had been elected he would have been a dictator .