Iktar faċli li tgħaddi ġemel minn għajn il-labbra milli wieħed għani fis-saltna tas-smewwiet, Mattew 19:24

Jista’ jkun li kienet din is-silta mill-Vanġelu li ispirat lil Robert Arrigo biex jipproponi li tibda ssir il-Quddies fid-Dar Ċentrali. Iżda veru diffiċli għall-għani biex jifhem li l-quddiesa hija ċelebrazzjoni ta’ Ġesu Kristu li f’ħajtu ma kienx jiddistingwi bejn Lhudi jew pagan. Kien ifejjaq lil kulħadd bla distinzjoni u ssallab għalina lkoll. Biex isalva lil kulħadd. Imma biex tidħol għall-quddies tal-PN irid ikollok it-tessera, qed jipproponi Robert Arrigo biex iġib il-voti tat-tesserrati ħalli jkun elett Viċi Kap tal-Kap tal-Kattolċi u Latini.

Imma għandu problema ta’ preġudizzji. Il-fatt tal-quddies bit-tessera fid-Dar Ċentrali hija ironika, imma tirrifletti l-mentalita elitista li għadha taħkem lill-PN meta Alla għandu mħabba privileġġjata għall-foqra. Il-fqir għandu triq aktar faċli biex jidħol fis-salnta t’Alla u fl-Iskrittura Mqaddsa Ġesu huwa kkwotat jgħid “Ħażin għalikom intom l-għonja”.

Ġesu ma jagħmilx distinzjoni, iżda każ wara l-ieħor naraw kif il-PN jiddiskrimina reliġjożament. Il-kawża li nqatgħet fil-Qorti dwar vendikazzjonijiet ma’ Mario Cutajar hija eżempju tad-distinzjonijiet kbar li l-PN jagħmel bejn in-nies a bażi ta’ dak li jemmnu. L-aqwa li jmorru jitqarbnu u jħabbtu fuq sidirhom. Bħalma għamlu ma’ Mario Cutajar jagħmlu ma’ kulħadd, anke mill-Oppożizzjoni aħseb u ara mill-gvern.

Storikament il-PN dejjem rikeb fuq dahar il-Knisja għal voti u l-istess Knisja qatt ma ddejqet tagħti palata lil PN. Għamilha l-Isqof Gonzi u qed jagħmilha l-Isqof Charles Jude.

Bħalissa l-PN għandu bżonn ħafna talb biex jinqala’ mill-ħama. Il-Qassisin il-Kbar qed jittamaw li jsibu wieħed li jkun lest jagħmel bħalma għamel Ġuda.

  • il-mascot

    Is-Sur Arrigo jmissu jitlob lill-Monsinjur Arcisqof biex jibda l-qrar ukoll qabel il-quddies. Nahseb li l-Monsinjur ikollu bzonn ta’ ftit aktar qassisin biex ighinuh ghax bhalissa hlief mibgheda u hdura lejn xulxin mhix hierga mid-Dar Centrali.

    • Joe Busuttil

      Min jaf kieku x’kull penitenza jaqghalghu,bhal per ezempju lil Eddie jgghalu jimxi mid-dar centrali sa l-mellieha gharkubtejh etc etc…

  • Merlin

    Nahseb iktar ghandhom bzonn ibahhru d-dar centrali ghax waqghu f’sahta kbira li ilha erba’ snin u nofs.

  • borg gregory

    Il kwistjoni ta Mario Cutajar ijja frot ta dak li lmur jiblahha kuljum gonzipnhexamalta.com.

  • Michael McCarthy

    What’s next, celebrated mass and prayer groups being organised in streets with Judas permission?? What a sorry and phatetic country we turned out to be.

  • KEEP SMILING

    imma kif trid tkun nazzjoanlist biex tohrog b cucata bhal din ta arrigo … ara veru l knisja u l pn huma konfoffa wahda … nixtieq nara timmaterjalizza din ta arrigo ha naraw kemm qaddisin johorgu mill kwartieri tal PN FALLUTI …

  • j cassar

    Mhux diga ghandhom Guda, li jbiegh lil art twelidu sabiex irebbah ftit voti lil partit tellief tieghu.

  • Joe Busuttil

    Mela bhal meta kellna l-bullettin. X’faqar ta’ nies .

  • Joe Busuttil

    Min qieghed jaghtik il-pariri x’tghid ,Bert? Simon ?

  • Spiru Friggieri

    Mulej aħfrlhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu u jgħidu!!!!

  • Kwarezimal

    How about confessions? Plenty of sinners at Dar Centrali.

  • black and white

    Qrajt li Fr Beirut bi dritt jipprotesta
    Il ghaliex dan stmat gurnalista
    Nahseb li l-pappa naqsitlu sewwa
    DalwA