Ħlief għad-dejn, kollox baqa’ l-istess wara kważi sitt xhur

Kważi sitt xhur wara li kien elett kap tal-partit, Adrian Delia ma għamel xejn minn dak li kien iwiegħed, bidla. Il-PN għadu jdoqq l-istess diska. Fuq kollox. Dak li qed jgħidu u jagħmlu fuq l-American University of Malta huwa eżwmpju wieħed.

Sa issa kien ċar iktar minn darba li ż-Żonqor se jintuża biss mill-Università Amerikana ta’ Malta għal skop edukattiv u meta jkun hemm il-ħtieġa.

Dan skont il-kuntratt approvat mill-Parlament dwar proġett li studji indipendenti juru li għandu jkun suċċess. Saħansitra biex l-AUM ingħataw il-liċenzja ta’ università sar studju mid-ditta PwC li wkoll wera fiduċja fl-investituri wara dan il-proġett.

L-istqarrijiet kontinwi tal-Partit Nazzjonalista f’mument fejn il-proġett għadu fil-bidu tiegħu, inkluż skont it-termini tal-kuntratt, juru biss li fl-istamperija għad hemm l-istess dwejjaq u negattività li l-PN kien maħkum minnhom fi żmien Simon Busuttil.

Filwaqt li l-gvern jagħti garanzija li ż-Żonqor jintuża biss għal skop edukattiv u skont il-kuntratt, ikun aħjar li Adrian Delia jibda jġib il-bidla li wiegħed fil-PN.

Flok żdied fil-popolarita irnexxilu jżid biss id-dejn.