Delia ostaġġ tal-establishment li ried ikisser

Huwa ċar li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, mhux komdu bil-partit tiegħu jipprova jagħmel il-ħsara lil pajjizna barra minn Malta. Madankollu huwa ostaġġ tal-fazzjoni li sa ftit ilu kien isejjaħ l-establishment.

Delia jaf li l-istess tattiċi saħansitra se jagħtuh riżultati agħar minn ta’ qablu. Imma ma għandux is-saħħa morali u l-awtorità bħala Kap biex ibiddel ir-rotta.

Dan joħroġ ċar mill-froġa li għamlu l-MEPs tal-PN meta ddefendew l-Ungerija fuq rule of law, imma qed jaħdmu kontra Malta billi jisqu gideb u ineżattezzi lill-Parlament Ewropew.

Adrian Delia qiegħed jiddefendi wkoll lil Francis Zammit Dimech li ssemma f’Panama Papers bħala intermedjarju, anke jekk bl-istess kejl tiegħu, postu mhux tenibbli.