Dan hu l-poplu

Tismagħhom jitkellmu taħseb li qed jitkellmu f’isem il-poplu kollu. Fil-fatt ikunu qed jitkellemu biss f’isem is-supporters ta’ Simon Busuttil. Dawn il-ftit mijiet huma s-supporters li għadhom jemmnu f’Simon Busuttil u fin-nies ta’ mad-dawra tiegħu. Mhux in-Nazzjonalisti tafux, għax il-PN qiegħed iżomm lura minn dawn il-protesti.

Eluf kbar ta’ nies kellhom jattendu għall-protesta li fiha kien se jitkellem Antonio di Pietro. Eluf kbar ta’ nies, il-maġġoranza kbira w assoluta tal-poplu Malti kellha tmur tisma’ lill-eks Maġistrat Taljan.

Żommu f’moħħkom kemm għandu appoġġ. Fuq nota pożittiva, waħda mill-akbar follol li qatt kellu quddiemu Michael Briguglio.