Ċara li l-PN hu biss kontra l-investiment

F’konferenza tal-aħbarijiet minn tliet kelliema biex jattakkaw il-ftehim u s-sħubija mal-privat fil-qasam tas-saħħa, il-Partit Nazzjonalista ma kellux kelma waħda xi jgħid kontra t-track record mediku eċċellenti ta’ Steward Health Care.

Steward Health Care hija kumpanija Amerikana li fi ftit snin se tkun qed tinvesti miljuni kbar ta’ ewro f’Malta li kieku kellu jinvestihom il-gvern waħdu jieħu ferm iktar minn deċenju.

Din hi prova ċara li l-ikbar problema għall-Partit Nazzjonalista hi li ġejja kumpanija Amerikana ġgant fil-qasam tas-saħħa u li mal-gvern se tibdel ta’ taħt fuq tliet sptarijiet li taħt amministrazzjoni nazzjonalista tħallew jaqgħu biċċiet.

Din mhux l-ewwel darba li l-PN attakka bla preċedent investiment li kien ġej minn barra pajjiżna, fejn din id-darba l-problema jidher li hi għax hu Amerikan.

Gvern Laburista jista’ jagħti garanzija li s-saħħa tibqa’ b’xejn u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema rispettati f’infrastruttura world class. Xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista ma tgħoġbux.