Attakki inġusti

Dan ir-ritratt ta’ hawn fuq ilu għandi ftit mhux ħażin u qatt ma użajtu. Ittieħed fl-1987 ftit wara l-qalba tal-gvern u Alfred Calleja kien għadu kif nħatar Kummissarju tal-Pulizija. Għal min ma jafx, Alfred Calleja huwa dak li hemm wara Eddie Fenech Adami li kien għadu kif nħatar Prim Ministru.

Fir-ritratt jidher ukoll Guido de Marco, dak iż-żmien Ministru tal-Intern. Il-persuni li hemm fir-ritratt huma kollha membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu qed jiċċelebraw ma’ Eddie u Guido ir-rebħa elettorali tal-PN fl-uffiċċju tal-Kummissarju.

Ftit naf nies minn dawk li hemm fir-ritratt, iżda wieħed li għaraft mill-ewwel huwa Joe Valletta, jien niftakru Spettur. Ma nafx x’rank kellu fl-1987. Il-familja Valletta hija familja ta’ Pulizija.

Iben Joe Valletta huwa Silvio Valletta illi llum huwa miżżewweġ lil Justyne Caruana, Ministru għal Għawdex. Il-familja Valletta kienu Pulizija tajbin, apparentement illum m’għadhomx. Il-bieraħ fil-Parlament, Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni komplew jipprotestaw għal fatt li l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta huwa parti mill-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ma jriduħx sempliċiment għax miżżewweġ Ministru. Bħal li kieku, kemm ilu miżżewweġ lil Justyne ma baqax Pulizija tajjeb.

Kif dejjem ngħid, iż-żmien jinbidel, in-nies jinbidlu w in-Nazzjonalisti jibqgħu l-istess u jżommuhielek fil-komma sakemm tiġi d-daqqa tiegħek.

Bħal maġġoranza tal-poplu Malti, l-Gvern għandu fiduċja fil-Korp tal-Pulizija.

  • Oily Garchy

    Grazzi ta’ din l-informazzjoni Glenn. Interssanti mmens.

  • j cassar

    Sakhemm jaqdu lil partit nazzjonalista, jonorowhom, jekk le jridu jqactulhom rashom barra. Hekk jirragonaw il PN, stil mafia.

  • Mr Joe Kerr

    Interresanti wkoll tghidilna kemm hemm minn dawk tar-ritratt li kienu tal-Gakketta Blu u kienu irritornaw fil-korp tal-Pulizija. Nista nkun zbaljat imma jidhirli li Callejja li kien lahaq Kummisarju kien Ex Gakketta Blu.

  • Molly

    Tajjeb li tara (permezz ta ritratt) u tifhem kif dejjem hadem il PN. Dawnma jinbidlux.

  • Luke Stivala

    Dawk il-pulizija li hemm fir-ritratt huma kollha Pulizija tajbin, wiehed monnhom ghallimni hafna affarijiet u kburi li hdimt tahtu. Forsi ma naqblux politikament imma meta hdimna flimkien, dejjem hdimna bla kuluri.

    • Legend

      Int wiehed mil ftit li nirispetta luke.

      Il korp mghandux ikollu kuluri imma bandiera ta malta.

  • Ronald Jump

    Urihom il-video ta’ DeMarco (ix-xih) diehel id-depot fost kant ta’ Gwido, Gwido u hruq ta’ sufarelli mill-ufficjali u pulizija prezenti.
    Darba kien intwera fuq One TV. Dak iz-zmien kien ghadu jismu Super One.

  • Abuirba

    Parti kbira mil midja ma titwemminx … U in nies vera bravi ghax jafu jghazlu it tajjeb mil hazin.
    hemm tridu thanbqu fuq in nuqqas ta ‘accountable and reliable media’ fi kliem iehor il fake news.

  • M Camilleri

    Jidhirli li dak il-kummissarju Calleja qabel laħquh ma kienx imdaħħal f’ħaġa jew sejjer żbaljat?

    • Glenn Bedingfield

      Ma nafx. Imma naf li kien terssaq il-Qorti (jidhirli pussess ta’ arma), kien instab hati mbaghad illiberat fl-appell.

    • Joseph Grech-Attard

      Sa fejn naf jien kien kap tal-Gakketta Blu

  • Legend

    Mur kul Il kirxa Ghax ghalekk tajjeb int.

  • AlfietheGreat

    Glenn, that is not the issue at hand – get your head out of the sand and stop misleading the public and your readers. The issue is not Valletta’s competence, far from it, you are the one making it so. Joe Valletta was not married to any Minister, therefore this conflict of interest never existed! It is commonplace in any professional and respectable position be it Justice and Government affairs that if there happens to be a conflict of interest of this gravity at this level, the aforementioned (Silvio Valletta) recuses himself instantly – as is the case with Mr Justice Antonio Mizzi on the Panama Papers case. This happens in any normal functioning democratic country – obviously not the case in Malta. So i suggest you put that photo back in its place and repost it with the next bright article of yours.

    • Ronald Jump

      Conflict of interest is very subjective and debatable.

      Everyone has his allegiances one way or the other. Sometimes it is much worse when the allegiances are subtle and concealed as impartial when in reality the political bias exists in everyone.

      Even in the judiciary, all judges are either sympathizers of the labour party or sustainers of the pn. There is no other way about it.

      So therefore, if one has to look for the needle in the haystack in anything the PL does while ignoring the elephant in the room when the same thing is done by the PN, that is not being realistic.

      The court sentence which gave the pn two additional seats in parliament was presided by a judge who was in the past an ex-pn electoral candidate. Did the PL attack her or ask for her recusal? No, of course not.

      But the pn always wants its cake and eat. And that’s what has destroyed the pn.

    • black and white

      Sur AlfietheGreat, il-Kummisarju Alfred Calleja kien inhatar biz-zewg terzi tal-Kamra ? Il-Pulizija jcekcku t-tazzi ma` membri tal-Gvern u jaharqu s-suffarelli kien tajjeb ghalik dak iz-zmien ? Eh bilhaq, ghax iz-zmien inbidel …. issa Gvern Laburista ghandna ghax kont insejt wara 25 sena. Konflitt t`interessi ghandu min il-principju jgebbdu kif jaqbel lilu u skont il-persuna.