Simon f’morsa, x’ġara eżatt fil-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv?

Wara l-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-bieraħ Simon Busuttil deher mifxul u rrabjat. Meta mar għall-laqgħa kellu l-intenzjoni li jissospendi l-elezzjoni jew għall-anqas jipposponiha.

Iżda mill-bidu tal-laqgħa deher ċar li kien se jsib oppożizzjoni qawwija minn membri ta’ klikkek oħra li qed jappoġġjaw lil Chris Said u Alex Perici Calascione.”mhux fair fuq it-tnejn l-oħra” kien hemm min qal u għalhekk id-diskussjoni ħadet żvolta oħra u kien maqbul li l-Kunsill Amministrattiv galadarba ma jistax iġiegħel lil Delia jirtita l-kandidatura tiegħu qabmu unanimament li jagħmlu pressjoni fuq Delia biex jirtira. Imma Delia diġa’ għamilha ċara li mhux se jirtira u dan iżid il-problemi għal Simon Busuttil u l-pjan li għandu biex jibqa’ jmexxi l-partit.

Partitarji, attivisti u saħansitra Deputati tal-PN qed  jitpoġġew taħt pressjoni kbira biex ma jivvotawx lil Delia li huwa l-aktar kandidat popolari minkejja l-attakki kollha kontrih.

Simon ma tantx għandu għazla ħlief li jerġa jserrah fuq Daphne Caruana Galizia biex tagħmillu id-dirty work għalkemm diġa falliet bil-kbir fl-elezzjoni ġenerali.

Iżda billi ftit li xejn baqalu alleati qed ikollu jinqeda biha u milli jidher s’issa se terġa ddahhlu fil-hajt.

PN civil war, Mark Fenech et al

Some lawyers broke the collegial silence and joined their friends attacking Adrian Delia. At least  three lawyers spoke against their colleague, Edward De Bono, Justin Borg Barthet and Mark Fenech.

I believe that the latter is related to the former PN Minister Joe Fenech, the infamous Minister who set free Brazilian drug dealer Francisco de Assis Querioz back in 1994.

I also believe Ann Fenech is married into that family too. You would think they would be ashamed to show their faces in any political forum,  but they know no shame.

Is it not funny that Daphne should upload Mark Fenech’s comment saying..

“Dak li jonqosna issa. Kap gdid tal PN ihawwad fl istess borma ma Chris Cardona”

Actually I think that letting a major drug dealer go free was a far more serious affair than all of Daphne’s scaremongerig against Delia.

Simon jobdi lil Daphne, isib lil Delia ħati

Il-Kunsill Amministrattiv tal-PN kellu għadma iebsa jiddiskuti r-rapport tal-kumitat tal-etika.

Riedu jsibu soluzzjoni biex jeħilsu minn Adrian Delia, imma ma setgħux. Madankollu, Simon obda lil Daphne u sab lil Delia ħati.

Se jħalluh jikkontesta imma qed jgħidu car u tond lil votanti, lil Adrian Delia rivvotawlux.

Din hi d-decizjoni ta’ Simon:

Il-Kunsill Amministrattiv jaċċetta r-rapport tal-Kumitat ta’ Etika

Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ llejla fejn iddiskuta r-rapport tal-Kumitat ta’ Etika mwaqqaf apposta nhar it-Tnejn li għadda sabiex jeżamina l-allegazzjonijiet li saru dan l-aħħar fil-konfront tal-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Adrian Delia.

Il-Kunsill Amministrattiv qed jippubblika r-rapport b’mod sħiħ sabiex kull votant ikollu l-opportunità jinforma ruħu qabel ma jivvota.

Il-Kunsill Amministrattiv iqis li kwalunkwe dubju jew dell, kbir jew żgħir, li jista’ jqum dwar l-integrità ta’ persuna li taspira li tmexxi l-Partit Nazzjonalista jista’ jikkomprometti kemm lil dik il-persuna fil-funzjoni tagħha ta’ Kap tal-partit, iżda aktar u aktar, lill-partit innifsu.

Fil-fatt, il-Kunsill Amministrattiv jinnota li l-Kumitat ta’ Etika sostna li persuna ideoneja biex tkun Kap tal-Partit, trid tkun “persuna ‘il fuq minn kull dubju u suspett dwar l-integrità u l-onestà personali tagħha.”

Il-Kunsill Amministrattiv jinnota li l-Kumitat ta’ Etika ma sab l-ebda dubji fil-konfront tal-kandidati Alex Perici Calascione, Frank Portelli u Chris Said.

Il-Kunsill Amministrattiv jinnota li, fil-konfront ta’ Adrian Delia, il-Kumitat ta’ Etika sab li “filwaqt li japprezza l-limitazzjonijiet, inkluż ta’ kunfidenzjalità professjonali li jista’ għandu Dr Delia bħala avukat, il-Kumitat iqis li hemm aspetti oħra pendenti li għadhom m’humiex verifikati, u li Dr Delia baqa’ ma spjegax, kemm dwar il-kont f’Barclays International Jersey Bank allegatament f’isem Dr Delia, l-iskop u l-użu ta’ dan il-kont u l-legalita’ tal-provenjenza ta’ dawn il-fondi.”

Il-Kumitat ta’ Etika irriżultalu wkoll li “fl-1 ta’ Lujlu 2003 il-Pulizija Ingliża għamlet raid fuq proprjetà ta’ Healey Properties li kienet mikrija lil terzi, f’liema kumpanija Dr Delia kien Direttur kif kien ukoll Dr Chris Cardona. Mir-raid irriżulta li l-post kien qed jintuża minn terzi għal skopijiet ta’ prostituzzjoni. Dr Delia u Dr Chris Cardona irriżenjaw minn Diretturi ta’ din il-kumpanija f’Diċembru tal-istess sena.”

Wara li ddiskuta r-rapport tal-Kumitat ta’ Etika f’laqgħa msejħa apposta illejla, il-Kunsill Amministrattiv wasal għal dawn il-konklużjonijiet:

Il-Kunsill Amministrattiv aċċetta u għamel tiegħu r-riżultanzi tar-rapport tal-Kumitat ta’ Etika.

Jaqbel mal-Kumitat ta’ Etika li l-elezzjoni skedata għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista għandha tibqa’ għaddejja u ma jħossx li għandu jwaqqaf il-proċess elettorali.

Iqis li, in vista tar-riżultanzi ċari u serji tal-Kumitat ta’ Etika, ikun xieraq li Adrian Delia, minn jeddu, jirrikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu bħala kandidat għal din l-elezzjoni.

Għandu fiduċja sħiħa fil-Kunsilliera u fit-tesserati tal-partit li kapaċi jagħmlu huma l-aħjar għażla bil-vot tagħhom fl-aħjar interess tal-partit.

Il-Kunsill Amministrattiv jirringrazzja lill-membri kollha tal-Kumitat ta’ Etika, immexxija minn Dr Louis Galea, għall-ħidma tagħhom.

Botta lil Delia: Min mhux magħna kontra tagħna

David Thake, li qed jaspira li jkun Viċi Kap tal-PN taħt Alex Perici Calascione tefa’ botta ċara u tonda lis-supporters ta’ Adrian Delia li bħalissa huma irtati għal mod kif il-kandidat ippreferut tagħhom qed ikun trattat mill-partit li jmexxi.
Thake qed jgħid … min mhux magħna kontra tagħna
Il-PN għandu wkoll allegazzjonijiet kontra Alex Perici Calascione li ppruvaw jaħbuhom.

Il-Festival tal-kanzunetta Indipendenza l-aktar importanti għall-PN

Waqt li Malta kollha qed issegwi kif qed tiżvolġi l-farsa tal-elezzjoni għall-kap tal-PN, għal partit l-aktar item importanti hija l-aħbar dwar il-festival tal-kanzunetta indipendenza.

Kienu ppublikati n-numri tat-televoting! qalulna bi prominenza.

Dan waqt li tnejn mil-kandidati għat-tmexxija qed ikunu nvestigati u ieħor qed jallega li l-elezzjini għal kap hija mbagħabsa!

Imma dawn l-aħbarijiet ma ssibhomx bi prominenza.

The silence of Said

Can you repeat one memorable quote from Chris Said during the PN leadership contest? Can you repeat any quote from Chris Said during the PN leadership contest?

With Adrian Delia engulfed in turmoil, the silence of Said has been deafening. He’s hoping to sleepwalk his way to victory.

Chris Said now believes there’s only one obstacle to overcome, the return of Simon. If he can stop that, the crown will be his.

But it would be a hollow victory, achieved through the machinations of the most devious within PN. Imagine the debt he would owe them.

Chris, be wary when somebody approaches you saying “Hello darkness, my old friend, I’ve come to talk to you again”.

Kulħadd jgħid: Kif spiċċa l-PN, u s-sorpriżi mhux se jieqfu

Kull diskursata dwar il-politika li qed issir f’dawn il-jiem kollha jibdew “kif spiċċa l-PN”. Klikkek jattakkaw lil xulxin fil-pubbliku għal interessi differenti.

Il-PN dejjem kien magħmul minn klikkek b’interessi differenti li jsibu kompromess bejniethom dwar Kap.

Din id-darba l-istorja hija differenti. Mhux talli ma hemm qbil ta’ xejn, talli l-partit qiegħed jimplodi quddiem sitwazzjoni li qatt qabel ma kien fiha u għalhekk kollox hu possibbli f’din il-ġlieda għall-kontroll.

Il-lejla jiskadi t-terminu ta’ 48 siegħa li ngħata kumitat ad hoc biex jinvestiga l-allegazzjonijiet kontra Adrian Delia.

Il-kumutat kien innominat mill-Kunsill Amministrattiv tal-PN fuq talba tal-kandidat Charlot Cassar.

Sors fil-PN qed jgħid li jista’ jkun hemm sorpriżi oħrajn f’din l-elezzjoni għal Kap hekk kif kulħadd qed jistenna li l-elezzjoni tkun sospiża. L-Oppożizzjoni tista tibqa’ bla kap? ovvja li le, allura l-għażla tkun li jibqa’ Simon Busuttil.

Michael Briguglio, membru ġdid fjamant tal-PN qed jgħid li ma hemm ħadd aħjar minn Simon biex imexxi l-PN bħalissa. Dak hu t-tir ta’ waħda mill-klikkek.

Imma n-Nazzjonalisti x’ qed jgħidu? Minn kollox!

 

Guest Post: Preposterous MEA

First we were amazed at the proposal of employers to not pay employees who only took one sick day off. The PM rightly said not negotiable.

Now they have been solidly rebuked the MEA wants government to pay half the sick leave.

We have another suggestion. The state pays the education and health costs of the workforce which employers get for free. Is the state not due a refund. Should employers not contribute to a state that gives fully educated employees at no cost to the employer as well as covering the health costs. Why should employers not contribute to the education and health of employees? Two can play this game and from what we can see, employers do rather well out of the current arrangement.

We never remember the MEA Malta Employers Association being so preposterous in PN times but maybe the sticky heat has got to them all

 

48 hours to bring back Simon

With the character assassination of Adrian Delia in full swing there is no way he can become PN leader. He is a threat to the clique, thus he has to be stopped.

Daphne Caruana Galizia has been fed information in the crucial week before the election by someone within the clique. And she has not held back in trying to destroy the man.

A PN administration meeting has decided to set up an inquiry into the allegations leveled at him and a decision is required within 48 hours. But what will they decide? Nothing really.

The ad hoc committee can only give advice, and whatever it decides is likely to increase the chaos within the party.

So what’s next? Simon will be back. The clique which hijacked the party has 48 hours to bring Simon back.

He will return to finish the job, meaning he will finish off the party.

Guest Post: The PN do not learn from history

The PN are learning nothing from history and are in fact increasing their mistakes.
Between 2010 and 2013 many prominent PN people , disgusted at the RCC style PN moved away from PN to PL. This included people like Franco Debono, Godfrey Farrugia, John Bundy and many many others.
RCC PN thought he could wipe people out by character assassination and this St Edwards boy got his preying mantis to do his dirty work. She proceeded to try and character assassinate scores of PN people.
2103 came and a huge victory for PL. Once again, the lessons of history were not learnt and arrogant RCC PN thought this was a one off because PN had been in power for so long. The same strategy continued and more PN people were vilified. The climate of bullying and fear from PN mouthpieces continued with bullies like Eddie Aquilina, Margaret Chritien and their ilk telling ex PN ers ” how can you do it”. Little did they know at the dinner parties they attended how many were going to vote PL.
BUT Bullying PN people was not enough to win an election so the extremist PN turned its guns on the PM and his nearest and dearest. They FABRICATED  lie about Egrant in the same way they peddled so many lies about Pn switchers.
So we had an early election because of all the lies. The PN lost even more heavily. The lessons of history were again not learnt and Simon was evidently not the hero Marlene claimed and guess what..the same strategy of lies and intimidation continues.
We fully understand why Ingrid Brownrigg, PN loyalist has expressed her frustration but perhaps she will realise that other PN people  saw this nastiness from at least 2010 onwards. Many jumped ship and many more will by the time of the next election.
Decent PN people must either come over to Labour or form their own PN party. Staying with the PN monsters who run the party is moral suicide.

Ippruvat tbellagħielna, imma Simon kien jaf

Meta bdew ħergin l-istejjer dwar Adrian Delia kellu jiżżeffen fin-nofs il-kap caretaker tal-PN. Bilfors kellu jiżżeffen għax Diana Busuttil kienet miżżewġa lil Eucharist Bajada in-neputi ta’ Leli Bajada, klijent ta’ Adrian Delia li hu magħruf fiċ-ċrieki ta’ Soho.

Eucharist Bajada irreagixxa fuq din il-website għal din l-aħbar u f’kumment li ħalla qal zewg affarijiet.

L-ewwel li ma kellux u ma għandux x’jaqsam mal-attivitajiet ta’ zijuh, iżda mbaghad qal xi haga ohra.

Simon Busuttil kien jaf fejn iżżewġet oħtu. Bhalma ġara fil-kaz tad-DB Group, Simon Busuttil reġa ma qalx il-verita għax meta ċemplitlu Daphne qal li kien sorpriż!

Imma aħna mhux sorprizi li ma qalx il-verita. Xejn gdid.

Miskin Simon ma kienx jaf fejn iżżewġet oħtu! Din bħal tad-DB

Mela biex jattakkaw lil Adrian Delia kellhom jidħlu fid-dettall tal-attivitajiet u l-ħajja personali tiegħu. Kellhom riservat għalih l-istess trattament li jagħtu lilna. Iddeverti xbin.

U nsomma waslet l-ewwel storja li ppruvaw jillinkjawh mad-droga, mbagħad mal-prostituzzjoni u daħlu fl-istorja lil ċertu Leli Bajada magħruf fiċ-ċrieki ta’ Soho. Dan Leli Bajada jiġi iz-ziju ta’ Eucharist Bajada li għal kważi 20 sena kien miżżewweġ lil oħtu Diana.

Daphne trid tbellaħħielna li Simon Busuttil miskin ma kienx jaf fejn kienet miżżewħa oħtu. Mela huwa skandlu li Adrian Delia jkollu lil Leli Bajada bħala klijent tiegħu.



Imma m’huwiex skandlu li oħt Simon Busuttil kienet miżżewġa fil-familja Bajada. Miskin, bħal tad-DB din, Simon ma kienx jaf. Alla jbierek qatt ma jkun jaf xejn. U Daphne temmnu li ma kienx jaf. Għal Simon tkun lesta temmen kollox.

Bħal tad-DB din. Simon Busuttil kien qalilna li ma kienx jaf li tad-DB Group kienu qed jagħtu eluf ta’ ewro f’donazzjonijiet li kienu qed imorru biex iħallsu l-pagi tal-impjegati tal-PN! Meta mbagħad irriżulta bil-kontra.

Bil-kejl ta’ Daphne, Diana Busuttil, oħt Simon miżżewġa għand Bajada ta’ Soho, kienet qed tgħix minn dħul li gej minn prostituzzjoni fl-Ingilterra. Imma Delia ma ħaqqux imexxi l-Partit Nazzjonalista.

Four horses of the apocalypse

New colours for PN. This blog should not be mistaken for the Book of Revelation but we are happy to reveal how the PN’s Four Horsemen of the Apocalypse have achieved a disaster of biblical proportions.

The main distinguishing feature of the four horses, as told in the last book of the New Testament, was their colour – red for war, black for pestilence, white for conquest, and pale for death.

It’s difficult to picture Adrian, Chris, Alex or Frank on a horse, but who should get which colour?

We know PN are not comfortable with the colour red but there’s no doubt that the party is at war.

Black is a more favourable colour for them but also represents the famine of electoral success and ideas that has blighted PN for nearly a decade.

However sad this contest may be there will, eventually, be a winner – the man in white.

But the paleness of the death of PN will extinguish that glow. In the Biblical account the pale rider had no weapon. He simply unleashed hell.

It’s time to start praying.

Laqgħa urġenti, attentat biex ineħħu lil Delia

Li Adrian Delia huwa mibgħud mill-klikka li tmexxi l-partit huwa sigriet magħruf. Li qed isir kull attentat biex qatt ma jkun kap huwa sigriet magħruf ukoll.

L-arma li dejjem użat il-klikka tat-tmexxija hija Daphne Caruana Galizia li meta jkollha mira biex tkisser persuna tagħmel minn kollox u tuża kull mezz.

Iżda issa se jkun il-Kunsill Amministrattiv tal-PN li se jiltaqa’ b’mod urġenti biex jiddiskuti l-allegazzjonijiet kontra Delia. Il-partit tal-Avukati se jgħaddih ġuri bil-għan li jwaqqfuh milli jikkontesta.

Imma il-ħhala din il-kampanja kollha kontra Delia? Għandu żewġ affarijiet kontrih. Qatt ma kien mdaħħal sew fil-PN u allura ma jridux jaċċettaw li xi ħadd ġej minbarra li jikkmanda d-Dar Ċentrali. Il-ħsibijiet tiegħu ma jaqblux ma’ tal-klikka għax irid mod ġdid ta’ tmexxija li l-PN mhux lest għaliha.

Mbagħad ma ninsewx li hemm biċċa xogħol oħra. Adrian Delia kien iddefenda lil Charles Attard magħruf bħala ż-Żambi, l-unika persuna li qatt nstabet ġatja tal-attentat ta’ qtil fuq Richard Cachia Caruana fl-1994.

Il-klikka tat-tmexxija tkun aktar komda b’kandidat li jista’ jkun magħġun kif iriduh huma. Chris Said u aktar minnu Perici Calascione huma aktar ‘safe’ għalihom iżda Simon Busuttil jibqa’ ppreferut fuq kulħadd.

#BringBackSimon

Kampanja maħmuġa, ta’ Said jurtaw lill-attivisti bil-paroli tagħhom

Jason Azzopardi qed ikun attiv fil-kampanja għat-tmexxija tal-PN. Huwa wieħed mid-Deputati qrib ta’ Simon Busuttil u allura kontra Adrian Delia.
Bl-atitudni tiegħu qed jurta partitarji u attivisti tal-PN.
Ingrid Brownrigg għamlitha cara.
Ingrid Brownrigg ġejja minn familja Nazzjonalista miż-Żejtun. Il-familjari tagħha kienu attivisti Żwieten fis-snin tmenin.
Għamlet perjodu Brussels fejn kienet meqjusa bħala qrib Simin Busuttil iżda l-PN għal raġunijiet strambi kien żamma milli tikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kontra x-xewqa tagħha. Madankollu baqgħet dejjem leali lejn il-partit.
Anke ta’ Borg Olivier iddisgustati.