There are more PN supporters like Eddie Aquilina

Various switchers and independent voters have contacted this website to let us know Eddie Aquilina is not alone in his rant to Ian CastaLdi Paris.
In the days and weeks leading up to the election and after quite a few frustrated PN supporters  took it upon themselves to shout from cars and across roads to tell floaters not to vote Labour and that they should be ashamed to do so.
It seems that Eddie and others even after a huge NO THANKYOU from Mata’s voters, have not and will not ever learn the lesson.
Well what can we say, just keep it up!

Basta mnieħru mxammar, Eddie Aquilina tilifha

Min jaf lil Eddie Aquilina (fuq il-lemin fir-ritratt ta’ fuq) jaf kemm iħossha u jippretendiha. Iridha tal-pulit u jares l-isfel lejn in-nies li m’humiex bħalu. L-uniku kontribut li għamel lejn is-soċjeta hija l-kitba tiegħu kontra l-Labour fit-Times.

It-tieni telfa in fila tal-PN ma felaħx għaliha. Milli jidher tagħtu wisq ġewwa u dalgħodu nfaqa’ meta ra quddiemu lil Ian Castaldi Paris.

Prosit Eddie ibqgħu sejrin hekk.

 

 

Żewġ deċiżjonijiet li ħa Simon

Fil-media llum għandna żewġ stejjer li jitfgħu dawl fuq is-sitwazzjoni fil-PN illum. L-ewwel storja li rajt kienet fuq in-news portal tal-Knisja li fiha jingħad li m’huma se jittieħdu ebda passi kontra Edwin Vassallo talli ma obdix l-ordnijiet tal-Whip tal-Grupp Parlamentari fil-vot dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemena l-Att taż-Żwieċ u Liġijiet oħra.

U t-tieni storja fil-Malta Independent hija li l-PN mhux se jikkummissjona rapport li janalizza r-raġuni wara t-telfa elettorali.

Ta’ min jgħid li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ittieħdu waqt li Simon Busuttil għadu jmexxi l-partit u għax irid jibqa’ jmexxi l-partit minkejja li qed jgħid ma’ kulħadd li jrid jieqaf.

Mingħajr ma nidħol fil-mertu dwar il-vot innifsu, Edwin Vassallo mar kontra l-linja tal-partit u kull meta fil-passat kien hemm sitwazzjonijiet simili, dejjem ittieħdu passi dixxiplinarji. Iżda f’dan il-każ, biex ma jkomplix jinqala akar inkwiet u diżgwid, se jitħalla kollox għaddej,

F’kelma waħda, Simon irid jintgħoġob mal-konservattivi fi ħdan il-PN billi ma jieħux azzjoni kontra Edwin għax jaf jiġi bżonnhom dalwaqt. Madankollu ħoloq preċedent.

It-tieni storja qed tgħdilna li Simon Busuttil ma jridx ikun ikkritikat biex ma jagħmilx ħsara lilu nnifsu fil-PN. Simon irid jibqa’ kap u jekk ma jirnexxilux il-pjan li għandu, se jibqa’ Deputat.

Jekk isir rapport biex janalizza r-raġunijiet il-għala l-PN tilef l-elezzjoni se jkun hemm kritika qawwija għal mod ta’ kif mexxa l-kampanja. Għal kemm kien negattiv u bbaża l-kampanja kollha fuq gidba. Simon irid jevita din il-kritika għax diġa’ hemm min qed jgħid li sakemm jibqa’ Simon Busuttil, il-PN m’għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni.

Simon Busuttil għandu jkun ċar dwar l-intenzjonijiet tiegħu u jiddeċiedi

Jgħid li ma jridx jibqa’ imma s-sinjali kollha jippontaw li jrid. Jekk il-pjan li għandu ma jirnexxix, Simon qed jippjana li jibqa’ jgħasses fuq il-Kap il-ġdid li aktarx ikun Adrian Delia, fil-preżent favorit fl-elezzjoni għall-Kap.

Il-Kap caretaker tal-Partit Nazzjonalista għandu jagħmel pjaċir lill-Partit Nazzjonalista stess u jieqaf jiddetta lil min se jkun Kap ġdid biex minn issa jasserixxi ruħu fuq il-politika tal-PN li wasslitu għal telfa elettorali ikbar minn meta ħataf il-PN taħt idejh.

Busuttil qed jagħmel dan biex minn issa jpoġġu lilu nnifsu fid-dell tal-Kap il-ġdid tal-PN u jkun il-Kap jgħasses lill-Kap il-ġdid tal-PN.

Dalgħodu huwa wissa’ lil min se jkun Kap warajh li “għandu responsabbilta’ kbira” biex jibqa’ jiġġieled bin-negattivita’ lill-Gvern.

Dan qed jagħmlu biex jipprova jsalva ġildu fil-Partit Nazzjonalista.

Illum Busuttil kompla jagħżaq f’livelli ġodda meta qal li pajjiżna huwa agħar mill-Pakistan u mill-Brażil. Dawn huma livelli ġodda ta’ tgħajjir kontra pajjiżna stess. Fl-istess waqt Simon Busuttil attakka l-indipendenza tal-Qrati u għażel li jattakka ġudikant partikolari li sar ġudikant snin ilu taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.

Il-poplu Malti għaraf dawn it-tattiċi u bagħat messaġġ ċar lil Simon Busuttil li dawn it-tattiċi ta’ maħmuġin ma jaħdmux.

Konfużjoni sħiħa, kulħadd jiġbed ħabel differenti

Bil-Malti għandna espressjoni li tgħid ‘biex timxi trid tiġbed ħabel wieħed’. Il-PN qed jagħmel bil-kontra. L-elezzjoni għal ħatra ta’ kap ġdid kompliet taqsam partit, kompliet toħroġ klikkek fil-berah u kixfet x’inhuma l-interessi ta’ esponenti ewlenin tal-PN u tal-Oppożizzjoni.

Marlene Farrugia kienet l-aħħar waħda li tkellmet u pproponiet li l-elezzjoni tkun sospiża biex jerġgħu jinbidlu r-regoli. Huwa evidenti li Marlene Farrugia tixtieq tikkontesta. Diġa’ qalet li ħadd mill-erba’ kandidati ma joġobha biex ikun il-Kap tal-Oppożizzjoni li hi tagħmel parti minnha.

It-taħwid ikompli b’Simon qed jibqa’ jgħid li ma jridx jerġa’ jikkontesta imma fil-verita jrid jibqa’ Kap tal-Partit u l-erba’ kandidati iduru l-lokalitajiet biex jiġbru l-appoġġ tal-membri tal-kunsill ġenerali u tat-tesserati u kulħadd jgħid li jrid jaqta’ l-klikkek.

Imma diffiċli tneħħi l-klikkek fil-PN għaliex huwa partit li fi ħdanu għandu interessi differenti. Hemm dawn li huma konservattivi, hemm dawk li huma estremisti u saħansitra razzisti, dawk li qegħdin fiċ-ċentru u n-nies tal-business. Kull meta kien hemm kap tal-PN dejjem kien Avukat u dejjem kien il-kap li għaqqad il-kompromess bejn il-fazzjonijiet differenti fi ħdan il-PN.

Issa għandna lil Marlene li trid tneħħi l-klikkek billi tissospendi l-elezzjoni għal kap tal-PN sa kmieni s-sena d-dieħla u tbiddel ir-regoli. Milli jidher qed tħossha li l-PN kien ingrat lejha għax ħarġet għonqa qabel l-elezzjoni u issa anqas biss iridu jagħtuha vot, aħseb u ara kemm iriduha tmexxihom.

Fil-PN hemm elementi razzisti li Frank Portelli qed jiġri wara l-vot tagħhom

Id-dikjarazzjoni ta’ Frank Portelli dwar l-immigrazzjoni tixbaħ ħafna dak li kien jgħid l-estremista lemini Norman Lowell li kien imexxi l-Imperium Ewropa. Partit kontra l-immigrazzjoni.

Huwa minnu li f’Malta hawn element ta’ razziżmu anke jekk ħadd ma jammetti u Portelli qed jipprova jaqbad dak is-sentiment li qed jinħass apertament għall-ewwel darba fil-PN. Portelli mhux qed jgħid hekk biex jikkonvinċi lil poplu Malti biex jivvotalu, għalissa.

L-elezzjoni li qed jikkontesta hija elezzjoni li għaliha se jivvotaw it-tesserati tal-PN biss, jekk jasal s’hemm! L-ewwel irid jikkonvinċi lill-membri tal-Kunsill Ġenerali. Allura toħroġ weħida l-implikazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ Frank Portelli li fost il-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-PN, hemm elementi razzisti li Frank Portelli qed jipprova jirbaħ il-vot tagħhom.

Għall-ewwel darba politiku konservattiv qed jagħmel pubbliċi l-ħsibijiet tiegħu dwar l-immigrazzjoni li jiġbdu lejn politika faxxista li tant għajru biha lill-Partit Laburista! Tiskanta kif tagħhom jippruvaw jagħtuh lilna.

Għax trid tkun estrem u temmen fil-faxxiżmu biex tagħmel dikjarazzjoni bħal din u Frank qal hekk, għax jemmen li permezz ta’ din id-dikjarazzjoni iebsa jista’ jirbaħ il-voti tal-membri tal-Kunsill Ġenerali. Anzi, hu konvint li din it-tip ta’ politika estrema tista’ trebbaħ l-elezzjoni lill-PN!

Dikjarazzjoni li hija perikoluża aktar meta toqgħod taħseb fuq l-implikazzjonijiet tagħha.

Sindki f’Għawdex jaħdmu kontra Chris Said

Wieħed kien jimmaġina li bħala Deputat Għawdxi li qed jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kap Chris Said kien se jġorr Għawdex miegħu. Min jaħseb hekk għandu mpressjoni ħażina.  Adrian Delia qabad ritmu tajjeb f’din il-kampanja u irnexxilu wkoll jidħol Għawdex.

Is-Sindki ta’ Kerċem, San Lawrenz, Għarb, Żebbuġ, u r-Rabat qed jaħdmu kontra Said. L-ex Sindku u l-ex Viċi Sindku ta’ Għajnsielem ukoll qed jaħdmu kontra l-Ganga. Ir-raġunijiet imorru lura għas-snin li għaddew u l-manuvri li kien hemm f’Għawdex minn naħa ta’ Said.

Għalkemm Chris Said huwa l-eqreb lejn Adrian Delia mill-kandidati l-oħra kollha, ma għandux biżżejjed appoġġ la fost il-membri tal-Kunsill Ġenerali u anqas fost id-Deputati.

Wieħed mid-Deputati li qed jgħinu huwa Jason Azzopardi. Id-Deputat tar-raba’ distrett huwa l-uniku wieħed minn nofs in-nhar ta’ Malta li qiegħed jappoġġja lil Said fil-miftuħ. L-oħrajn huma kollha ma’ Delia.

Tant li f’att iddisprat biex jirbaħ il-voti tad-Deputati, Chris Said qal li jekk ikun Kap tal-partit u jsir Prim Ministru, id-Deputati kollha jkollhom posthom fil-Kabinett.

Ikun l-ewwel gvern mingħajr back bench. Issa dawn jitkażaw li Joseph Muscat għamel Kabinett kbir!

Minkejja l-wegħda li Chris Said jagħmel lil kulħadd Ministru, xorta mhux qed jirnexxilu jikseb l-appoġġ tal-maġġoranza tad-Deputati. Għandu miegħu lil konservattivi u lil dawk b’interessi personali.

 

 

 

Mal-investiment fis-saħħa jaqbel kulħadd, barra l-PN

Dalgħodu komplew bl-istejjer dwar l-investiment barrani fil-qasam tas-saħħa. Bla dubju li l-PN baqa’ ma fehem xejn. Speċjalment ma fehemx l-qabża ta’ kwalità fis-settur tas-saħħa li qiegħed iġib miegħu l-proġett bejn il-Gvern u VGH fi tliet sptarijiet, Għawdex, San Luqa u Karen Grech.

Proġett li dwaru saru wkoll ftehim mal-Union tat-Tobba (MAM) u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) kif ukoll mal-GWU.  Permezz ta’ dan il-proġett se jkun qiegħed jingħata servizz mediku tal-ogħla livell, f’post tal-ogħla livell u mhux f’postijiet sub-standard kif ħallihom il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern hu.

Il-kuntratti mhumiex moħbija. Kien propju fuq inizjattiva tal-Gvern Laburista stess li dawn il-kuntratti fl-intier tagħhom, ingħataw lill-Awditur Ġenerali għall-iskrutinju tiegħu.

L-ammont li llum il-Gvern iħallas għal kull sodda f’dawn l-isptarijiet tikkumpara ma’ kemm il-Gvern kien iħallas qabel għall-istess servizz. Dan minkejja li dan il-ftehim mal-VGH qed iġib titjib konsiderevoli fis-servizz kif ukoll titjib fl-infrastruttura tal-post.

L-ammont ta’ kull sodda, barra akkomodazzjoni, ikel, operazzjonijiet, testijiet mediċi u mediċini,  jinkludi wkoll il-pagi tal-ħaddiema. Il-pagi tal-ħaddiema jitħallsu mill-Gvern, bl-ammont jerġa’ jingħata lura lill-Gvern minn VGH. Dan jirriżulta wkoll minn ftehim bejn il-Gvern u l-unions (GWU, MUMN, u MAM) li jikkonferma li l-ħaddiema tal-isptarijiet se jibqgħu ħaddiema tal-Gvern, u s-servizz għall-Maltin u għall-Għawdxin se jibqa’ mingħajr ħlas.

Dan juri li kuntrarju għal dak li qed jgħid il-PN, il-pazjent Malti u Għawdxi ser ikunu ggwadanjaw sew minn dan il-ftehim.

Il-Partit Nazzjonalista għandu jkun onest u jammetti li fil-qasam tas-saħħa la kellu u wisq anqas m’għandu, ebda pjan għajr dik li jattakka u jipprova jfixkel dak li qed iwettaq għall-ġid tal-pazjenti, Gvern Laburista.

 

PakistaN

How tiresome Simon and his clique have become. No wonder Claudio Grech and Roberta Metsaola decided not to contest this leadership election.
Their new stupid claim that Malta has become worse than Pakistan is so senseless it hardly bears repeating. Malta is just enjoying one of the best economic growths in Europe. Employment is at an all time high a budget surplus, the best healthcare service in 30 years and more civil liberties have been granted by this administration than all of PN administrations put together.
Yes there are challenges for our local population such as the price of property and rents but these are because we are booming, and there are always downsides even in a boom, not least the rise in such costs which the government will be tackling.
But to compare Malta to Pakistan is a long shot. Funnily enough Pakistan the country starts and ends with the letters P and N. Is that not an odd coincidence?

Forċina tal-gideb u l-anqas wieħed li għandu għalfejn jitkellem

Simon Busuttil reġa’ beda jaqla’ minn żniedu u sab lil Jason Azzopardi forċina tiegħu. F’konferenza tal-aħbarijiet Jason Azzopardi mhux biss irrepeta l-gidba tal-Kap tal-Opppożizzjoni, iżda kompla jifraħ bid-deċiżjoni tal-Qorti li qalet li hemm m’hemmx provi u li dawn il-provi, jekk jeżistu għandhom jinġabru minn inkjesta oħra li tiddeċiedi jekk hemmx każ jew le. Mhux sorpriża li Simon qal bil-kontra.

Jason Azzopardi huwa l-aħħar persuna li għandu jitkellem, għax filwaqt li  qagħad jifraħ għax il-Qorti qalet li hemm bżonn inkjesta biex jinġabru l-provi biex wieħed jara jekk hemmx każ jew le kontra l-Prim Ministru, propju ġimgħa ilu ħarġu żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali li ngħaqdu mal-kollezzjoni li għandu kontrih u li fih hemm provi li huwa ma mexxiex sew fil-każijiet tal-Fekruna u Spinola u li kien hemm interventi politiċi diretti tiegħu.

F’attentat iddisprat ieħor, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jerġa’ jirrepeti gidba lin-nies ma tawx każu dwarha fil-kampanja elettorali li għaddiet, tant lir-rizultat kien dak li kien. Dan qed jagħmlu sempliċimet biex jipprova jiġbor ġieħu mal-Partit Nazzjonalista li huwa stess daħħal fi sqaq.

Simon Busuttil għat-tieni darba fi spażju ta’ ftit ġimgħat qed jifraħ lir-rikors li għamel quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, se jgħaddi f’idejn Maġistrat ieħor biex jagħmel inkjesta inġenere biex jiddetermina jekk hemmx provi bizzejjed għal każ kriminali. Dan huwa dak li ġara eżatt fil-kampanja elettorali meta għamel rikors quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, bl-istess allegazzjonijiet, biex itellef l-investigazzjoni li kienet qed isir fuq gidba oħra tiegħu fuq il-Prim Ministru. Il-Maġistrat Bugeja wkoll kien ddeċieda li għandha tkun Maġistrat ieħor li tiddeċiedi jekk hemmx każ jew le.

Ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni fiż-żewġ episodji tal-istess gidba kienet l-istess. Dan juri mhux biss li Simon Busuttil huwa ddisprat biex jipprova jiġbor ġieħu, mhux biss li ma tgħallem xejn iżda li jinsab in denial.

Busuttil ma jistax jaħseb li jista’ jaqbad u jitfa’ t-tajn fuq dak u l-ieħor mingħajr ma jaffaċċja l-konsegwenzi u għalhekk kienet ippreżentata kwerela minn Keith Schembri. Qiegħed biss jipprova jirrepeti l-istess gidba li diġa’ telfitu elezzjoni.

Simon Busuttil jerġa’ jirrepeti gidba lin-nies ma tawx każu dwarha fil-kampanja elettorali

F’attentat iddisprat ieħor, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jerġa’ jirrepeti gidba lin-nies ma tawx każu dwarha fil-kampanja elettorali li għaddiet, tant lir-rizultat kien dak li kien. Dan qed jagħmlu sempliċimet biex jipprova jiġbor ġieħu mal-Partit Nazzjonalista li huwa stess daħħal fi sqaq.

Simon Busuttil għat-tieni darba fi spażju ta’ ftit ġimgħat qed jifraħ lir-rikors li għamel quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, se jgħaddi f’idejn Maġistrat ieħor biex jagħmel inkjesta inġenere biex jiddetermina jekk hemmx provi bizzejjed għal każ kriminali. Dan huwa dak li ġara eżatt fil-kampanja elettorali meta għamel rikors quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, bl-istess allegazzjonijiet, biex itellef l-investigazzjoni li kienet qed isir fuq gidba oħra tiegħu fuq il-Prim Ministru. Il-Maġistrat Bugeja wkoll kien ddeċieda li għandha tkun Maġistrat ieħor li tiddeċiedi jekk hemmx każ jew le.

Ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni fiż-żewġ episodji tal-istess gidba kienet l-istess. Dan juri mhux biss li Simon Busuttil huwa ddisprat biex jipprova jiġbor ġieħu, mhux biss li ma tgħallem xejn iżda li jinsab in denial.

Busuttil ma jistax jaħseb li jista’ jaqbad u jitfa’ t-tajn fuq dak u l-ieħor mingħajr ma jaffaċċja l-konsegwenzi u għalhekk kienet ippreżentata kwerela minn Keith Schembri.

Illum, Busuttil qiegħed biss jipprova jirrepeti l-istess gidba li waslitu f’pożizzjoni li se jkollu jieqaf minn Kap tal-Partit tiegħu wara telfa elettoral massiċa.

Simon qed iħawwad: Aqra hawn id-digriet sħiħ tal-Qorti dwar l-inkjesta li talab

Il-Qorti f’digriet, wara denunzja li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, qalet li l-inkjesta fuq il-fatti li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni għandha ssir minn Maġistrat ieħor li jittella’ b’polza.

Fid-digriet tiegħu l-Maġistrat Ian Farrugia jgħid speċifikament li: “Ikun fl-aħħar tal-investigazzjoni dwar l-in genere li jkun jista’ jingħad jekk hemmx lok għal azzjoni kriminali jew le. U f’każ pożittiv, fir-rigward ta’ liema reati tkun trid tiġi istitwita l-azzjoni penali u fil-konfront ta’ min.”

Ikompli li: “Bis-saħħa tal-investigazzjoni dwar l-in genere tkun tista’ tiġi stabbilita l-verità ġudizzjarja tal-fatti.”

Dan ifisser li l-Kap tal-Oppożizzjoni, kif għamel f’każijiet fir-reazzjoni tiegħu, mhux qed ikun korrett.

Hija tal-mistħija li f’demokrazija l-Kap tal-Oppożizzjoni jimmiżinterpreta Digriet tal-Qorti b’dan il-mod għal gwadann politiku.

L-istess fatti ta’ dan il-każ diġà huma mertu t’inkjesti oħra li diġà qed isiru u li ntalbu mill-Kap tal-Oppożizzjoni bl-istess mod.

Ma kien hemm ebda prova jew xi informazzjoni ġdida f’dak li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni u allura bħal fil-każijiet l-oħra, il-membri tal-Gvern se jkunu qed jikkoperaw mal-inkjesta in genere li għadha trid tistabilixxi l-fatti.

Aqra hawn id-digriet tal-Maġistrat li Simon qed jipprova jħawwad:

 

 

Failed candidate to close failed radio station

Failed PN candidate David Thake is shutting down his personal radio station called Switch Radio. Noe one really switched! It was a complete failure.

He was forced to open his own personal radio station after being removed from Radio 101 only to return back on the air after a u-turn by the PN administration to allow election candidates presenting programme on the party’s media.

For some time David Thake was mulling to contest for party leader, but then he backed-off and instead he is supporting Alex Perici Calascione.

Speaking to the Malta Independent, Thake said that this whole experience was a lesson, giving us the impression that he learned something but in reality, judging by what he has been saying since June 3, he learned nothing.

Good riddance.

 

 

 

Frontpage story carried by the Times of Malta is a total fabrication

The frontpage story carried today by the Times of Malta is an outright fabrication. Reporter Ivan Camilleri, who penned the article, never asked the Ministry specifically about the Egrant inquiry and, for reasons only known to him, decided to invent a story by manipulating answers provided by the Ministry to generic questions.

The Ministry for Justice, Culture and Local Government reiterates that there are no issues of funding, as incorrectly stated by the Times reporter. In fact, the Ministry had, back on the 26th of April 2017—a full three months ago—given the necessary clearance to all funds needed for the Magistrate to appoint any court expert, local or foreign, to assist him in the Egrant inquiry.

Also, contrary to what the article stated, the judiciary can avail themselves of court experts from an existing list issued by the Justice Department. The list is made up of experts who put forward their name after an open expression of interest. However, the judiciary are also free to appoint other court experts as they deem fit—and in fact, they are doing so. This ensures the independence and transparency of the judiciary.

The Government reiterates that the Inquiring Magistrate has the full administrative support to conclude the inquiry in the shortest time possible.

Il-kampanja ta’ Simon għaddejja minn taħt

Uffiċjalment għaddejjin erba’ kampanji għat-tmexxija tal-PN. Il-ħames kampanja qed issir minn taħt favur Simon Busuttil. Il-manuvri li għaddejjin minn taħt u l-kurrenti speċjalment kontra Adrian Delia huma indikazzjoni ċara li Simon għadu ma qatax qalbu għal kollox minkejja li ma tefax in-nomina tiegħu.

Storja li dehret fit-Times fil-jiem li għaddew bgħatet sinjal ċar. Kienet storja ppjanata biex tħeġġeġ lit-tesserati u tagħtihom parir ma jivvotaw lil ħadd mill-kandidati attwali għat-tmexxija u minflok fuq il-karta tal-vot jiktbu isem Simon.

Eżatt qabel fetħu n-nominazzjonijiet Simon Busuttil ipprova jqajjem l-entużjażmu fost il-partitarji tiegħu billi fetaħ inkjesta oħra fuq dik li diġa’ hemm dwar l-allegazzjonijiet infondati li għamel fuq il-mara tal-Prim Ministru qabel l-elezzjoni.

Attentat li falla. Iżda wara li fetħu u għalqu n-nomini, Simon Busuttil iddikjara li se jżomm is-siġġu Parlamentari tiegħu. Eżatt wara ħarġet l-istorja fit-Times tħeġġeġ lill-membri tal-Kunsill Ġenerali ma jivvotaw għal ħadd mill-erba’ kandidati biex Simon Busuttil ikun ikkonfermat Kap tal-Partit.

Simon daħħal ukoll regola biex jekk wara l-vot tal-Kunsill Ġenerali, tlieta mill-kandidati jirtiraw u jibqa’ kandidat wieħed, dak li jkun baqa’ (u jidher li se jkun Adrian Delia) irid iġib żewġ terzi tal-voti tat-tesserati. Jiġifieri flok 50% u wieħed tal-voti, irid iġib 66% tal-voti eliġibbli.

Din hija mossa strateġika minn naħa ta’ Busuttil biex jgħamilha aktar diffiċli lill-kandidat li jibqa’ waħdu fl-elezzjoni. Fin-nuqqas li l-kandidat iġib iż-żewġ terzi, allura jkun jista’ jidħol Simon Busuttil.

It-telfa elettorali tat-3 ta’ Ġunju tagħtu wisq ġewwa, mhux biss għax il-PL żied iddistakk, iżda għax se jkun l-uniku kap ta’ partit f’Malta li qatt ma serva bħala Prim Ministru. Hekk se jibqa’ mfakkar fl-istorja politika ta’ Malta u tal-PN.

B’hekk, qed jibqa’ għaddej b’dawn il-manuvri ħalli fi kliemu, jżomm mixgħula l-fjamma li nxtelgħet qabel l-elezzjoni. J’Alla din il-fjamma ma tintefa qatt.