Mhux l-ewwel darba – minn Spartacus

Mhux tal-iskantament li Dr Said Pullicino ħareġ b’dan il-mod kontra l-Prim Ministru biex jagħti daqqa t’id lill-Partit Nazzjonalista. Biżżejjed wieħed jagħraf li l-eks Prim Imhallef ma rax bħala pressjoni l-kumment, bla dubju barra minn loku, tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta mbotta bi kliemu lill-Maġistrat Aaron Bugeja li għandu jsib xi ħaga li tgħaqqad lill-Egrant mal-Prim Ministru.

 

Din mhux l-unika darba li Dr Said Pullicino ried jagħti daqqa t’id lill-Partit Nazzjonalista. Meta kien Ombudsman u meta l-PN kien qed jispinnja l-ħrafa ta’ persons of trust eċċessivi impjegati mal-Gvern, hu kien ħa l-inizjattiva, anki jekk ħadd ma talabhielu biex jagħmel rapport u jagħti opinjoni fuq il-persons of trust. Il-Gvern ma kellu l-ebda problema li jsir dan u ma sarx biss għax laħaq skada t-terminu tiegħu bħala Ombudsman. Imma Dr Said Pullicino baqa’ lura u ma ħassx li għandu jieħu inizjattiva biex jagħti opinjoni dwar persons of trust taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista li kien hemm żmien kienet teċċedi s-sitt mitt ruħ ftit qabel l-elezzjoni tal-2013.

 

Lanqas jittieħdu bħala kumbinazzjonijiet li mat-tmiem tal-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-2013 persuna qrib ħafna u membru fis-Segretarjat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi inħoloqlu impjieg mal-Uffiċċju tiegħu tal-Ombudsman. L-istess membru tas-Segretarjat ta’ Gonzi li meta lil Dr Said Pullicino inġibditlu l-attenzjoni bil-fatti li dan l-impjegat ġdid tiegħu kellu kuntatt ma’ blogger u kien qed jgħaddi informazzjoni, baqgħet ma ttieħdet l-ebda azzjoni min-naħa tal-Ombudsman.

 

Lanqas jittieħed bħala kumbinazzjoni li minkejja li kien magħruf u nġibdet l-attenzjoni li l-Kummissarju għall-Ippjanar il-Perit Pace kellu kunflitt ta’ interess għax kien għadu abbinat ma’ kumpanija meta kien qed iservi fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, ma ttieħdet l-ebda azzjoni minn Dr Said Pullicino. Wieħed jifhem għaliex. Dan huwa l-istess Kummissarju li daħal bl-entużjażmu biex jipprova jtebba’ Segretarju Parlamentari ta’ din l-amministrazzjoni meta għamel applikazzjoni biex jibni daru bħalma jagħmel kulħadd imma ħass li m’għandux għalfejn juża l-istess kejl meta bil-provi, Membru Parlamentari mill-Oppożizzjoni ried jibni villa taħt l-Imdina flok kamra f’għalqa qalb l-għelieqi li jdawru taħt il-belt il-qadima.

 

Il-Gvern Laburista qatt m’attakka istituzzjonijiet għax jemmen fihom imma dan il-privileġġ ma jgħoddx għal min juża istituzzjoni jew l-isem tagħha biex iħarref u jipprova jxellef lill-Gvern Laburista.

Il-mass meeting tal-PN f’Għawdex, għall-Maltin

Il-Bogan tal-Bidnija qalet li Għawdex ilu ma jara daqshekk partitarji għal mass meeting tal-PN sa mill-2003.

 

Li ma qalitx, iżda, li kienu l-Maltin (li ġew bil-vapur tal-Gozo Channel) li ‘imlew’ Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex u mhux l-Għawdxin. Dan għaliex l-Għawdxin li kien hemm kienu fuq il-palk. L-istess Gozo Channel li Chris Said kien ikkritika talli l-Partit Laburista uża vapur minn tagħha għall-attività tal-ewwel ta’ Mejju li għadda.

 

 

 

Ara: L-aktar karta importanti

Once bitten, twice shy

Simon Busuttil qed iwiegħed kontijiet tad-dawl orħos. Qed iwiegħed tnaqqis ta’ ħames ċenteżmi fil-prezz tad-diesel u l-petrol. Qed iwiegħed ukoll li ‘immedjatament’ ineħħi t-tanker tal-LNG biex minfloku jagħmel pipeline tal-gass.

 

Imma la jaf b’kemm se jorħsu l-kontijiet u lanqas jaf kemm se jdum biex ineħħi t-tanker tal-LNG f’Marsaxlokk. U tafu x’se jagħmel sakemm ilesti l-pipeline tal-gass? Se jdur fuq il-powerstation l-antika, jiġifieri dik li taħdem bil-heavy fuel oil.

 

Dan huwa l-istess Partit Nazzjonalista li vvota bil-qalb kontra t-traħħis tal-kontijiet. Huwa l-istess partit li qal li l-kontijiet iridu jindraw għoljin. Huwa l-istess partit li qalilna biex naħslu l-ħwejjeġ bil-lejl u huwa l-istess partit involut fl-ikbar skandlu taż-żejt. Kif tista’ temmen dak li qed jgħid Simon Busuttil meta dakinhar hu kien Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista?

 

 

 

Light a candle for PN/PD

Il-qarib tal-Partit Nazzjonalista

Tħallas jew ma tħallasx, il-benefattur tal-PN Żaren Vassallo hemm kien, f’waħda mill-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista. Issa jekk marx biex jiġbor id-dejn li forsi għad għandu l-PN miegħu ma nafux. Li nafu li hu żgur huwa li attenda għal waħda mill-attivitajiet.

 

Dan il-loan ta’ €250,000 ngħata wara li seħħ id-deal f’Ħal Qormi fejn art ta’ 21,000 metru kwadru marret għal €700,000 meta l-valur tagħha kien ta’ ‘l fuq minn €8 miljuni.

 

X’ma jattendix il-laqgħat tal-PN Żaren Vassallo! Forsi jieħu xi ħaġa oħra bl-irħis jekk Simon Busuttil fit-tmun tat-tmexxija tal-pajjiż.

 

 

 

 

Guest Post: When Malta and Gozo … came home

Like many who could not attend the massive PL meeting at Fosos, I switched between TV coverage of the two mass meetings. Any doubts about who to vote for soon evaporated.

 

While Labour had the charming Matteo Renzi telling us how Malta has made huge strides forward and what an honourable man Joseph Muscat was, simultaneously Beppe was spitting away in Dingli Street trying to tell us Labour only built on PN achievements and had achieved nothing. Mur emmnu!

 

Beppe has as much credibility as a money laundering machine that he has not yet been cleared of any involvement with. This was a company that laundered drug money and yet not one commentator or Times editorial has focussed on this. Shame on them all.

 

While the crowd at Fosos listened to a message from Tony Blair praising Joseph as a true progressive, Mario DeMarco spoke in his usual legalistic, confused and unconvincing way. He looked as if he was being tortured to say good things about PN.

 

Then there was the contrast between the two crowds, size wise, and the tone of both Joseph and Simon. Joseph was brimming with energy and enthusiasm asking us to trust him to lead us on to better things. Simon was slightly less miserable than he was on Xarabank, but he still had the face of a dark cloud, telling a relatively small crowd to vote for Malta.

 

How can Simon, who went around Europe dirtying the name of Malta, be believed by any genuine floater?

 

The PN arrogance will meet its match next Saturday. Malta and Gozo will come back home to the most trusted leader, Joseph Muscat.

 

Vote Joseph, get Joseph and Profs Scicluna to run the economy. Vote Simon, get Marlene and Simon shrieking and disagreeing about everything from hunting to race tracks.

 

At Fosos, Malta and Gozo came home … to PL.

X’għidtlek jien? – minn Spartacus

Ha nieħdok lura ma nafx kemm-il ġimgħa ilu. Kont spjegajtlek kif jaħdem l-establishment biex iżomm l-istatus quo fis-soċjetà. Biex kulħadd jieħu billi ħa u huma jżommu posthom. Issa tista’ toqgħod tgħidli li din ideoloġija li spiċċa żmienha imma jien konvint li min jgħid li l-ideoloġija ntemmet żmienha huwa ideoloġiku iktar milli naħsbu inti u jien. Issa ara din il-kampanja elettorali u ara kemm hu tabilħaqq veru li l-establishment kollu ħareġ qatta bla ħabel kontra l-Partit Laburista.

 

X’jaqgħu u jqumu mir-rekord ta’ nies jaħdmu. X’jaqgħu u jqumu mir-rekord ta’ tkabbir ekonomiku, x’jaqgħu u jqumu mill-kontijiet orħos, taxxi inqas u ġid tħossu u tmissu b’idejk. Għall-klassijiet l-għolja immens, għall-qrati u għall-għaqdiet taparsi korpi kostitwiti bħall-MEA, MHRA, Camera Degli Avvocati, XYZ, ABC, Akkademiċi għall-governanza, Times nazzjon-in-the-English, l-Independent indipendenti-biss-mill-Partit Laburista u l-bella compagnia … dan kollu ma jgħoddx. Jgħodd biss li l-Partit Laburista ma jkunx fil-Gvern għax iħarbat il-bilanċi tas-soċjetà li kkwelibraw huma għal snin twal twal twal.

 

Jien nibda nemmen li veru n-nies iridu jhezzu din is-soċjeta u jixxukkjaw lill-establishment jekk nhar is-Sibt li ġej l-id politika tal-establishment, il-Partit Nazzjonalista jaqla’ damdima għalallaliħalqu kif kien jgħidilna Lino Cassar.

 

Biex jaslu jsemmu dejjem l-istess diska u magħhom jingħaqdu l-forċini li jgħawwu f’pajjiżna u lil hinn minnu. L-istess forċini u ilħna li meta kien hemm skandli veru bil-provi kienu siekta. Illum fuq id-duħħan qed jinħanqu jgħidu l-istess ħaġa u joħorġu bi pjan wieħed wara l-ieħor jirrepetu kif kollox nieżel biċċiet.

 

Issa Moody’s, Standard and Poor’s, il-Kummissjoni Ewropea u oħrajn kollha jgħidu kif pajjiżna għandu saħħa kbira regolatorja, fejn tidħol il-ġlieda kontra l-korruzzjoni pajjizna jinsab ma’ ta’ quddiem nett u li l-ekonomija sejra minn saħħa għal saħħa. Dan biex ma nsemmix lill-Kap Eżekuttiv internazzjonali tal-Grand Thornton li qal li fejn tidħol is-serjetà u r-regolazzjoni fil-qasam finanzjarju, pajjizna minn 10 jiehu 9+.

 

In-Nazzjonalisti ma jiswewx karlin.

Daphne’s timeless and tranquil nature

It would be tempting to say that Daphne paid €1,000 for these shoes but this blog prefers to deal with truths, not lies. We won’t make up a figure.

 

These photos were taken at Casino Maltese, the meeting place of old for Malta’s Fascists. Daphne appears relaxed now that she’s come to terms with Simon leading PN to a likely defeat. Two telling quotes from Daphne: ‘Even if he loses this one, he’s got to stay’ and ‘I hope he will not step down if he loses’.

 

She’s already ahead of the game for the PN civil war to come.

Guest Post: Għax Simon speċjali

Għax Simon tassew speċjali f’għajnejn ċerti professuri tal-liġi. Ma jagħmel xejn ħażin affattu meta darba wara l-oħra jkompli jitfa’ pressjoni kontinwa fuq diversi maġistrati inkwerenti biex joħorġu b’deċiżjonijiet kif iridhom hu.  Fl-intervista ma’ Saviour Balzan, Simon Busuttil qal ċar u tond li jibqa’ mnixxef u mbellah li kieku l-Maġistrat Bugeja ma jsib xejn li jinkrimina lill-koppja Muscat fuq il-każ Egrant.  Allura dik mhix pressjoni?  Kull meta ħa munzelli ta’ karti fuq allegazzjonijiet li jinbtu minn Tal-Pieta’, kull darba jsostni illi jinsab konvint illi l-maġistrati involuti se jsibu eżattament dak li qed jgħidilhom hu u xejn anqas minn hekk.  Allura dik mhix pressjoni? Fl-aħħar puntata ta’ dik li saret għoddha farsa ta’ kull ġimgħa, Simon issa ddikjara li l-Maġistrat Demicoli ċertament se ssib biżżejjed provi biex jittieħdu passi kriminali kontra dawk akkużati minnu.  Dik ukoll, mhix pressjoni?

 

Tajba wkoll.  Apparti li deher li ma tantx hu xi avukat li jibbrilla wisq għal dik li hi l-liġi, Simon qed jaqdi rwol triplu kull darba li jersaq lejn il-Qorti u anki lil hinn minnha:  Irwol ta’ ġudikant, ta’ prosekutur u ta’ ġurija sħiħa.  Imma din mhix pressjoni fuq il-gudikatura! Le! Ma tarax!

 

Iżżeffen fin-nofs ukoll l-eks Prim Imħallef biex mingħalihom ikomplu jitfgħu dell ikrah fuq Joseph Muscat.  Imma għal Simon le.  Għax Simon speċjali.  Simon jista’ jgħid xi jrid, jagħmel pressjoni fuq il-ġudikatura kemm irid u jipprova jtawwal il-proċeduri kemm irid, bl-iktar mod patetiku u trasparenti, għax ħadd mill-professuri tal-liġi fil-bwiet tal-PN mhu se jlissen kelma waħda kontrih.

 

Jgħidu li l-ġustizzja għamja.  Imma fejn jidħol Simon jippretendu li tkun truxa u muta wkoll.  ‘Two weights, two measures’.  Min kien jobsorha din, hux?

Il-koppja Marlene/Simon diġà nfirdet

Il-Koalizzjoni ta’ Konfużjoni bla pjan għall-Isptar t’Għawdex

Dalgħodu Simon Busuttil indirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex biex jitkellem dwar il-‘proposti’ tal-PN/PD għall-gżira Għawdxija.

 

Għal darb’ oħra reġa’ tenna li jagħti lura l-Isptar Ġenerali t’Għawdex li Gvern Laburista ħa lill-Għawdxin. Pero ma kienx jaf jgħid kemm se jiswa lil Gvern Nazzjonalista biex jinħall minn mal-konsorzju l-Vitals Global Healthcare.

 

Koalizzjoni ta’ Konfużjoni bla pjan ta’ kif se jmexxi lil pajjiżna ‘l quddiem. Wieħed jistenna li jekk il-PN se jħott il-kuntratt eżitenti li se jwassal għal bini ta’ skola medika ġdida u sptar ġdid, almenu jkollu pjan ieħor ta’ kif se jassigura servizz tas-saħħa ta’ kwalità lill-Għawdxin.

 

Imma minn dan m’hemm xejn. Lanqas f’wieħed mit-tliet programmi elettorali tal-PN/PD!

Ara: Il-Koalizzjoni ta’ Konfużjoni