Il-Maltin għandhom l-ogħla livell ta’ ottimiżmu fl-aħħar tmien snin

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fost ażjendi u konsumaturi Maltin u Għawdxin juri li, wara l-Budget 2017, il-livell ta’ ottimiżmu laħaq l-ogħla livell li ġie osservat f’pajjiżna fl-aħħar tmien snin. Fil-fatt, dan ix-xahar, l-indiċi tas-sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 115, jew 22% aktar mill-istess xahar fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Dan kien l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro.

Fl-istħarriġ ta’ Novembru, li sar fil-ġimgħat wara l-Budget, żdied l-ottimiżmu kważi fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija. Kompla jispikka l-ottimiżmu fost l-operaturi fis-settur tas-servizzi, li għandhom livell ta’ fiduċja tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. Ħafna operaturi Maltin fil-qasam tas-servizzi sostnew li għandhom aspettattivi aħjar għax-xhur li ġejjin. Għalhekk qed ibassru li se jkomplu jżidu l-ħaddiema.

Anke fil-qasam tar-retail, il-maġġoranza tal-operaturi qed jistennew li fit-tliet xhur li ġejjin sejrin iżidu l-impjegati. Fl-industrija, il-kumpaniji qed jistennew titjib fil-produzzjoni fix-xhur li ġejjin wara t-tisħiħ fl-ordnijiet li kellhom fl-aħħar ftit xhur. Fil-fatt dawn għandhom ordnijiet biżżejjed għas-seba’ xhur li ġejjin, id-doppju tal-medja fiż-żona ewro. L-operaturi fil-qasam tal-manifatturaukoll qed jantiċipaw żieda qawwija fl-investiment tagħhom, liema żieda ser tkun l-akbar waħda osservata fl-Unjoni Ewropea, kważi għaxar darbiet aktar mill-medja Ewropea.

Fil-qasam tal-kostruzzjoni, skont maġġoranza tal-operaturi fis-settur, kien hemm żieda fl-attività u għalhekk ser iħaddmu aktar nies. Fil-fatt irrapportaw li għandhom xogħol b’lura għal erba’ xhur bħala medja.

Filwaqt li madwar l-Unjoni Ewropea jeżisti pessimiżmu fost il-konsumaturi, f’Malta l-familji komplew ikunu fost il-ftit fl-Ewropa li qed jgħidu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se tkompli titjieb fix-xhur li ġejjin. Il-maġġoranza ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ jaħsbu li l-qgħad ser ikompli jonqos fiż-żmien li ġej u l-ekonomija ser tkompli tissaħħaħ.

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jikkonfermaw kemm il-Budget li ħabbar il-Gvern intlaqa’ tajjeb mill-familji u n-negozji f’pajjiżna. Filwaqt li madwarna qed jikber is-sens ta’ inċertezza ekonomika, f’pajjiżna il-miżuri li qed jieħu l-Gvern qediwasslu f’aktar ġid li jasal għand kulħadd.

 

Dik hi l-ħniena li turi l-Knisja llum

Tiskanta, minn daqs dawk affarijiet il-kamra tal-aħbarijiet tal-Kurja qed tistgħaġeb b’mara li allegatament serqet kartuna ħalib u kaxxa ċikkulatini. 

Diġa nsew li din is-sena hija tal-ġublew tal-ħniena. Dik hi l-ħniena li qed juru ma’ min jista’ jkollu problema. Għalxejn iħambaq Papa Franġisku.

Dan il-gvern jgħaraf li f’pajjiżna hawn il-faqar u għalhekk qiegħed jindirizzah.

L-ironija hi li l-Arċisqof stess qiegħed jikkritika lill-gvern talli nies li ma jaħdmux daħħalhom fi skena fejn offrielhom xogħol b’paga minima sħiħa u żidilhom id-drittijiet u l-benefiċċji.

Min m’għandux dnub jitfa’ l-ewwel ġebla.

newsbook-serq

Dawn jafu x’inhuma jagħmlu jew le?

Mela l-Partit Nazzjonalista qed jikkritika lil membri tal-Gvern għax laqgħu talba tal-kelliema Nazzjonalista għas-Saħħa, Claudette Buttigieg. 

Fil-fatt it-talba li saret minn Buttigieg biex il-kuntratti ta’ Vitals Global Healthcare, ikunu diskussi mill-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa intlaqgħet mill-ewwel, miċ-chairman tal-istess kumitat, id-Deputat Laburista Etienne Grech.

Iżda jidher li esponenti oħra fil-PN ma ħadu xejn gost bit-talba ta’ Claudette Buttigieg, tant li qegħdin jikkritikaw din id-deċiżjoni għax issa jridu li jkun il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li jiddiskuti dawn il-kuntratti.

Jidher ċar li dan hu każ fejn l-id il-leminija ma tafx x’qed tagħmel l-id ix-xellugija.

Il-verità hi li l-PN tant dera jikkritika kollox, li issa lanqas sar jinduna meta jkun qed jikkritika l-esponenti tiegħu stess.

Il-partit li jridha tad-difensur taż-żgħir jgħid li l-iskema tax-xogħol fil-komunita hija oxxenita

Inkixef li ma jimpurtaħx minn min hu bla xogħol basta jrid jitkellem f’isem iż-żgħir mbagħad skema biex tagħti x-xogħol u d-dinjita lill-ħaddiema qed isejħilha oxxenita.

Din l-iskema li qabel kienet magħrufa bħala Community Work Scheme qed tħallas paga minima lill-dawk li huma fiha waqt li tgħatihom drittijiet ġodda bħal leave u sick leave fost l-oħrajn.

Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, jiġifieri fi żmien il-gvern ta’ Simon Busuttil dawk il-ħaddiema, inkluż 19 li jaħdmu mal-Knisja kellhom anqas dħul u ma kellhom ebda drittijiet.

Il-Partit li jrid ipinġi lilu nnifsu bħala d-difensur taż-żgħir ma jridx 

Dawn iriduna nemmnuhom li huma favur iż-żieda fil-paga minima u li se jaqbżu għaż-żgħir?

Sa erbat iejim ilu l-PN kien qed jgħid li jaqbel li għandha tiżdied il-paga minima (għax hekk jaqbillu jgħid) iżda bil-fatti, qed juru li anqas jaqblu li l-ħaddiema jaqilgħu paga minima u minn fuq ġew jgħidu li l-gvern qed jistituzjonlizza l-prekarjat.

Il-prekarjat tal-ħaddiema kien iseħħ meta, taħt Gvern preċedenti, il-Community Work Scheme kienet toffri biss 75% tal-paga minima mingħajr l-ebda drittijiet għall-ħaddiem bħal leave jew sick leave.

Illum, din l-iskema toffri lil ħaddiema drittijiet sħaħ tax-xogħol u ħarġithom mill-prekarjat istituzzjonalizzat li kien hemm qabel.

Taħt dawn il-kundizzjonijiet prekarji, qabel l-2013, eks-Ministri tal-Gvern ta’ qabel, fosthom Chris Said, kienu ddeskrivew din l-inizjattiva bħala “suċċess”.

Iżda llum, għax dawn il-ħaddiema jitħallsu aktar u għandhom id-drittijiet tax-xogħol, l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-iskema mhux tajba.

Illum id-drittijiet kollha ta’ xogħol huma ggarantiti u ma hemm l-ebda ħaddiem li jitħallas inqas mill-paga minima. 

Il-ħaddiema tal-Community Work Scheme ma jridux li jreġġgħu l-arloġġ lura u jitilfu d-drittijiet ta’ xogħol u ż-żieda fil-paga, kif qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni.

Din il-kontroversja qamet għax hemm involuta l-GWU, l-akbar Union tal-ħaddiema f’Malta pero din il-kontroversja qed tiswa għal xi ħaġa. Illum nafu li meta Simon Busuttil jgħid li jaqbel li tiżdied il-paga minima u li jrid jitkellem għaż-żgħir ma jkunx qed jgħid il-verita.

Għax kif tista’ tkun favur li tiżdied il-paga minima meta qed toħroġ kontra għal żieda fil-paga biex il-ħaddiema jingħataw il-paga minima? Aġseb u ara kemm se jkun kontrali dawn il-ħaddiema jerġgħu jingħataw żieda.

Grazzi lill-Ivan Camilleri talli bis-saħħa tiegħu l-elettorat jista’ jifhem aħjar xi jkun qed jgħid Simon Busuttil u kemm jista’ jittieħed bis-serjeta fuq dak li jgħid.

Messaġġ ta’ saċerdot b’appell sinċier lill-Arċisqof

Irċevejt din l-email ta’ hawn taħt mingħand saċerdot li jservi f’waħda mill-parroċċi ta’ pajjiżna b’appell sinċier lill-Monsinjur Charles Scicluna biex ma jibqax jindaħal fil-politika u jagħmel xolgħu ta’ Arċisqof.

Għal raġunijiet li jaf kulħadd m’inix se ngħid min hu dan is-saċerdot, iżda jien naf min hu u naħlef għat-tjubija tiegħu.

Din hija l-email li irċevejt illejla:

Ghaziz Glenn,

Jiena sacerdot, dejjem hdimt minn qalbi kull fejn kont bla tgergir u dejjem baxxejt rasi ghar-rieda tas-superjuri tieghi. Jien izda cittadin Malti u hieles u ghandi l-principji tieghi, principji li bnejt mhux biss fuq il-valuri socjali li ghaddewli l-genituri u n-nanniet tieghi (li soffrew tant fi zmien tal-interdet) izda wkoll ghax ghandi mohh; qrajt, studjajt u fuq kollox hadt l-esperjenza li wiehed jircievi meta jghix man-nies meta jkun qassis tal-poplu. Minkejja t-twemmin politiku tieghi jien qatt ma’ hallatu mal-qadi tal-ministeru tieghi.

Qatt ma ggudikajt persuna mill-kulur politiku taghha, qatt ma’ uzajt l-ambone biex ngholli jew innizzel lil xi hadd. Dejjem rajt persuna quddiemi u mhux il-kulur kif nemmen li hawn hafna sacerdoti ohrajn.

Qed nikteb din l-ittra izda, ghax vera ninsab inkwetat fuq din is-sitwazzjoni “politiko-religjuza” li pajjizna rega’ jinsab fija. Min qatt kien johlom illi wara dak kollu li ghixna u ghaddejna minnhu fiz-zmien passat li kelna nergghu ngarbuh illum? Jien nirrispetta l-fatt li l Arcisqof bhal kull cittadin iehor ghandu dritt li jhaddan liema kulur politiku jrid izda nahseb li dan ghandu jzommu ghalih.

Ninsab tassew inkwetat ghaliex ahna l-qassisin semplici li nghixu u nahdmu mal-poplu nafu x’inhu l-polz tal-poplu u nafu kemm hawn nies imweggha u dan bla bzonn!

L-Arcisqof ghandu kull dritt anzi dmir li jitkellem fuq dak li hu t-taghlim ta’ Kristu u ghandu jsemma lehnu meta jkun hemm diskussjonijiet morali fil-pajjiz. Izda li jindahal f’dak li hu purament politiku dan ma jaghmilx sens. Ahna s-sacerdoti u meta nghid ahna is-sacerdoti qed nirreferi ghal hafna sacerdoti kemm blu u kemm homor ninsabu tassew imhassbin u dan ghax nafu xi jhossu n-nies.

Ma nistax ma nsemmix lil dik l-omm bqalbha maqsuma fi zmien ir-referendum dwar il-kacca illi qaltli kemm tbati biex tikkonvinci l-ulieda u l-zewgha (kaccaturi) biex jipprattikaw il-fidi u jersqu lejn il-Knisja, imbaghad ohrog il-ghageb jitkellem l-Arcisqof u jghid x’se jivvota! Dak kollu li kien ilha tithabat biex tibni din il-mara tal-affari taghha izzarma f’kemm trodd salib!

Iva ninsab inkewetat ghax qed tinghata “image” ta’ Knisja li tiddistingwi bejn blu u ahmar, fejn l-Arcisqof qed jitfa dell oskur fuq il-kleru, meta dan illum hawn u ghada jista ma jkunx, izda l-kleru jkollu jibqa jgorr il-konsegwenzi kif ghadna ngorru l-konsegwenzi tas-sittinijiet. Eccellenza jekk qed taqra din l-ittra nitolbok b’qalbi kollha, ahseb fil gid veru tal-poplu! Mhux fl-interess taghna bhala kleru d-dawl ta’Kastilja! Ma’ jinteressanix x’tahseb dwar minn liema kcina l-Prim Ministru xandar il-messagg tieghu. Ma’ dhaqnix bl-ewfemizmu li uzajt biex tiddeskrivi t-torrijiet li ghalihom harget il-permess il-Mepa! Ahna jinteressana li ahna mieghek inwasslu l-messagg tal-Evangelju lil poplu Malti! Ahna jinteressana li jkollok il-polz tal-poplu Malti! Ahna jinteressana li tkun raghaj tal-merhla, li tieqaf tilghab u tiehu bis-serjeta r-rwol tieghek!

Tislijiet

Sacerdot tal-poplu

Il-gazzetti tal-establishment jiddefendu lill-Arċisqof

Ma tgħaddix ġimgħa li l-Arċisqof ma joħroġx kontra l-Labour, u issa qed jeħodha kontra l-ħaddiema u l-fatt li qed jingħataw aktar paga u drittijiet ġodda.

Imma malli tirrispondi lill-Arċisqof, il-gazzetti tal-establishment ikunu pronti jwieġbu biex jiddefenduh bħalma għamlu l-Independent u t-Times, li kienu huma li ħarġu bl-istorja dwar il-Jobsplus u waqqgħu lill-istess Mons Charles Jude għaż-żufjett meta kkwotahom biex jattakka lill-Labour.

Malli tkellem, jew aħjar minn hekk ittwijtja, il-gazzetti tal-establishment kkwotaw lill-Arċisqof biex joskuraw lil gvern billi jattakkaw lil ħaddiema.

Iżda malli rrispondiet il-GWU, flok qalu li l-Union iddefendiet ruħha mill-attakki tal-Arċisqof, qalu li l-GWu ħarġet tattakka lill-Arċisqof. Le, qegħdin sew f’dal pajjiż.

 

tom-archbishop

Ma rridux ninsew li anke Simon Busuttil tkellem bl-istess mod bħall-Arċisqof fl-istess jum, iżda mbagħad għalaq ħalqu u ħalla lil Mons Charles Jude jagħmel il-ġlieda waħdu.

Minkejja li qal li fehem, il-Kap tal-Knisja f’Malta ma ħassx li kellu jagħmel apoloġija.

Drittijiet ġodda fil-qasam tal-ġustizzja li l-PN qatt ma ried jimplementa

Daħlet fis-seħħ liġi ġdida li tintroduċi d-dritt għall-assistenza legali waqt l-interrogazzjoni jew arrest u diversi drittijiet oħra għal persuni taħt investigazzjoni jew arrest. 

Iċ-ċittadini Maltin bdew igawdu garanziji u drittijiet li ċittadini oħra f’numru ta’ pajjiżi l-iktar avvanzati ilhom igawdu snin kbar. Eżempju fl-Amerka dan id-dritt ilu jingħata mill-1966.

Dawn huma garanziji u drittijiet ġodda favur iċ-ċittadini fl-iktar mumenti delikati għalihom.

B’hekk se jkollna sistema ta’ ġustizzja kriminali li tkun affidabbli u li tassigura iktar li ma jinstabux nies ħatja f’ċirkostanzi fejn ikun hemm dubju dettat mir-raġuni dwar jekk il-ġustizzja saritx jew le. 

Il-Pulizija wkoll, bis-sistema l-ġdida, se tkun protetta kontra insinwazzjonijiet u allegazzjonijiet fiergħa li ġieli jsiru dwar il-mod kif ikun tittieħed statement.

Illum l-Avukat tal-interrogat stess se jkun ukoll xhud ta’ kif saru l-affarijiet u se jkun jista’ ukoll jipparteċipa fl-interrogatorju b’mod illi jistaqsi domandi jew jagħmel rimarki kif permess mill-proċedura.

Gvern preċedenti kien ilu jkaxkar saqajh fuq dan id-dritt ġdid is-snin, b’konsegwenzi serjissimi li lkoll nafu dwarhom. Ir-riforma fil-ġustizzja kienet waħda mir-raġunijiet partikolari li ħġabet lil PN f’konfront ma’ Franco Debono li kien ħejja snensiela ta’ proposti li qatt ma kienu mplimentati mill-Ministru tal-Ġustizzja ta’ dak iż-żmien Carm Mifsud Bonnici li sussegwentement kellu jirreżenja.

Fil-fatt, minn partit li l-ġustizzja kienet waħda mill-għajtiet tiegħu qabel l-elezzjoni tal-1987, wieħed kien jistenna li jgħaddi liġijiet li jagħtu drittijiet ġodda lin-nies. Minflok raqdu fuq il-proposti li kellhom u din ir-riforma baqgħet fuq l-ixkaffa.

F’ħamsa u għoxrin sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista bqajna l-uniku pajjiż Ewropew li qatt ma ta dan id-dritt liċ-ċittadini tiegħu. Anke t-Turkija għaddietna f’dan l-aspett.

Kellu jkun dan il-Gvern, kuntrarju għal dan, mexxa ’l quddiem proċess legislattiv bil-galbu u ppjanat li wassal biex illum din il-liġi l-gdida daħlet fis-seħħ.

 

Basta joħolqu d-dubji, l-UĦM u l-MAM jirrifjutaw li jiltaqgħu mal-investituri l-ġodda

Paroli. Basta jridu li ssir investigazzjoni, l-MAM u l-UĦM irrifjutaw li jiltaqgħu mal-kumpanija li qed tinvesti €200 miljun fl-immodernizzar ta’ tliet sptarijiet, il-Vitals Global Healthcare (VGH).

Bħalma jagħmel il-PN, l-intenzjoni tagħhom hi li joħolqu d-dubji dwar investiment barrani li se jara tliet sptarijiet ikunu modernizzati għal ġid tal-pazjent.

Kemm il-MAM u anke l-UĦM tuġagħhom żaqqhom kull meta l-Labour ikun fil-gvern u dejjem.

Iż-żewġ Union li għandhom affiljazzjoni storika mal-PN, għandhom l-ispag tagħhom miġbuda minn tal-Pieta.

Illum aktar minn qatt qabel dan joħroġ fid-deher meta l-ewwel talbu li ssir investigazzjoni u qalu li ma għandhomx informazzjoni biżżejjed, mbagħad intalbu jattendu għal laqgħa mill-VGH stess biex jingħataw informazzjoni u l-PN ordnawlhom ma jattendux.

Il-kumpanija hija lesta tgħaddi l-informazzjoni u iżda, il-MAM u l-UĦM irrifjutaw kontinwament li jiltaqgħu ma’ VGH biex jiddiskutu l-proġett. Qed jirrifjutaw għaliex ikun jaqbel iktar għal PN li jibqgħu joħolqu d-dubji flok ikollhom tweġiba għal mistoqsijiet kollha li qed iqajmu.

Li kieku għandhom l-interess tal-membri tagħhom u l-ewwel u qabel kollox tal-pazjent,  imisshom  jaqblu li l-isptarijiet għandhom ikunu modernizzati mhux jitħallew maqjel kif sabhom dan il-gvern u jaraw kif jiksbu l-informazzjoni flok joqgħodu jaqilgħu dubji biex iservu lil PN mill-koxxa.

Minn dejjem ma jaħmluniex

Kont qed nara l-website il-ġdida li għamlet il-familja Fenech Adami ddedikata lil Eddie u f’wieħed mill-videos tal-mass meeting sibt dan ir-ritratt ta’ hawn fuq. Xhieda ta’ x’jaħsbu n-Nazzjonalisti dwar Bormla u l-Bormliżi. Li tista’ tgħid huwa sentiment ta’ x’jaħbsu dwar il-Kottonera u n-nies tagħha, dwar in-nies tas-South li dejjem tawhom bis-sieq.

Il-kartellun kien qed jirreferi għal Karmenu Mifsud Bonnici li dak iż-żmien kien Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburisa. Kif tista’ tgħid hekk fuq bniedem twajjeb bħal KMB?

Tista’ ma taqbilx miegħu bħala avversarju politiku, iżda fuq din in-naħa tal-politika qatt ma għajjarna b’dak il-mod lill-avversarji tagħna.

Qabel kienu jagħmlulna l-kartelluni biex juru d-disprezz tagħhom lejna, llum għandhom l-internet biex ikomplu juru l-ħdura li għandhom għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Partit Laburista u l-esponenti tiegħu.

Aġenzija internazzjonali oħra ta’ credit rating tmeri lill-PN

L-aġenzija internazzjonali Creditreform Rating AG għadha kemm ħabbret li qed tagħti rating ta’ A+, b’outlook stabbli, lil pajjiżna. Din hija l-ewwel darba li l-aġenzija Ġermaniża għażlet li tagħti rating lill-ekonomija ta’ Malta.

Fost il-fatturi li semmew l-esperti ta’ Creditreform għal dan ir-rating pożittiv jispikka t-tkabbir qawwi fil-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna, it-titjib sostanzjali fil-finanzi pubbliċi, qafas istituzzjonali b’saħħtu, kif ukoll l-andament pożittiv fil-bilanċ ta’ pagamenti ta’ pajjiżna.

Ir-rapport tal-Creditreform Rating AG jinnota li Malta’s potential growth is among the highest of all euro area members. Dan filwaqt li jirrimarka li pajjiżna għandu dynamic growth on the back of a buoyant labour market li huwa supportive to income convergence towards the EU-28 average.

L-esperti Ġermaniżi jsostnu li pajjiżna għandu high level of credit worthiness, minħabba strong macroeconomic performance and strong fiscal sustainability. Filwaqt li nnutaw li matul l-2015 pajjiżna ra t-tkabbir ekonomiku jirdoppja u jkun it-tieni l-ogħla fiż-żona ewro, Creditreform Rating AG qed jistennew li fis-snin li ġejjin it-tkabbir ekonomiku f’Malta jkompli jkun fost l-aqwa fl-Ewropa, l-aktar minħabba żieda fl-impjiegi u fil-pagi kif ukoll investiment sostanzjali.

L-esperti ta’ din l-aġenzija internazzjonali jbassru li pajjiżna dalwaqt ser ikollu piż tad-dejn nazzjonali taħt is-60% filwaqt li d-defiċit ser ikompli jonqos. Ir-rapport ta’ Creditreform ifaħħar ir-riformi fil-pensjonijiet u jgħid li huma essenzjali għas-sostenibbiltà fiskali. L-aġenzija tfaħħar ukoll miżuri bħat-twaqqif tal-Bank ta’ Żvilupp.

Ir-rapport isostni li Malta exhibits a generally strong institutional framework, kif ukoll li as regards the quality of regulation and the perceived level of corruption, the country is in line with its euro area peers. Dan huwa konferma oħra ta’ kemm l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni f’dan il-qasam mhumiex jiġu emmnuti minn esperti internazzjonali.

Dan huwa ċertifikat ieħor ta’ fiduċja li jikkonferma kif il-ġid f’pajjiżna mistenni jkompli jikber u jasal għand kulħadd. In-Nazzjonalisti biss jgħidu li sejrin ħażin.

Ma tridx tieħu b’vanġelu dak li jgħidu tat-Times

Dak li jiġrilek meta tieħu bħala vanġelu dak li jgħidu tat-Times, toħroġ ta’ mażetta u l-biċċa hi li tinduna li tkun waqajt għaż-żufjett u l-anqas tagħmel apoloġija wara li tkun rajt l-informazzjoni kollha quddiemek.

L-Arċisqof Charles Jude emmen li l-GWU se taqla’  €8.5miljuni mill-iskema tal-Jobs Plus wara li rebħet tender tal-gvern biex tħaddem dik li qabel kienet il-Community Work Scheme fejn illum, taħt dan il-gvern il-ħaddiema għandhom aktar dħul u drittijiet ġodda li qabel qatt ma kellhom.

Imma l-Arċisqof kien pront ħareġ jattakka l-gvern u l-GWU fl-istess ġurnata flimkien ma’ Simon Busuttil u ħadha bi kbira. 

L-għada, Mons Charles Jude ltaqa’ mal-Ministru Evarist Bartolo u s-CEO ta’ Jobsplus Clyde Caruana fejn tah l-informazzjoni kollha dwar din l-iskema u ra b’għajnejh id-dokumentazzjoni li tmeri dak li kiteb Ivan Camilleri fuq it-Times biex jattakka lil gvern u l-GWU.

Il-Community Work Scheme qabel l-2013 kienet tħallas 75% tal-paga minima, ma kien hemm l-ebda drittijiet, l-ebda leave mħallas u l-ebda leave tal-mard. Illum din l-iskema xprunata mill-GWU li ntgħażlet wara proċess ta’ għażla, qed tagħti l-paga minima sħiħa, drittijiet sħaħ tax-xogħol, leave mħallas u drittijiet sħaħ tas-sick leave.

Iżda Mons Charles Jude, bħal Simon Busuttil, ma jaqbilx li l-ħaddiema jaqilgħu iktar u jingħataw aktar drittijiet mhux hekk? Għax kieku ma kienx jagħmel dan il-plejtu kollu għax minn kliemu jippreferi jżomm l-affarijiet kif kienu qabel.

Anqas l-istess ħaddiema tiegħu ma jridhom igawdu minn aktar dħul u drittijiet ġodda, għaliex wara kollox, il-Knisja għandha 19 –il impjegat taħt l-iskema ikkritikata mill-Arċisqof li llum qed jitħallsu bil-paga sħiħa mhux kif kien isir qabel.

L-anqas li jista’ jagħmel hija apoloġija, il-Knisja stess tgħallimna li għandna nindmu wara li nkunu għamilna dnub.

 

Kemm hu arroganti, basta jrid jilgħaba tal-qaddis

Jason Azzopardi u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed juru li jaqblu biss mal-istituzzjonijiet meta d-deċiżjoni tal-istess istituzzjonijiet tkun togħġobhom. Din hija l-istess arroganza grassa li konna naraw meta l-istess nies kienu fil-Gvern.

Ir-reazzjoni ta’ Jason Azzopardi għar-ruling tal-ispeaker fejn sabu ħati ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici u talbu biex jirtira d-diskors li qal, kienet; ‘li jista’ jinsa’.

Din hija reazzjoni ta’ min m’għandu l-ebda rispett lejn l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għax ma jgħidux dak li jridu jisimgħu, sintomatiku ta’ politiku elit u tal-establishment. Politika ta’ ipokrezija li meta istituzzjoni tiġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa r-risposta tkun; forget it.

Il-poplu qed jieħu nota ta’ din l-arroganza grassa li kienet manifestata qabel l-aħħar elezzjoni u minkejja li l-poplu bagħat messaġġ ċar u inekwivoku, huwa ċar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil għadha ma tgħallmitx u trid treġġa’ l-arloġġ lura.

Basta jrid jilgħaba tal-qaddis, arroganti mill-Oppożizzjoni aħseb u ara x’se jagħmel meta jerġa’ jkun fil-gvern.

VGH welcomes discussion on hospital project, expresses dismay at statement issued by the MAM and UHM

Vitals Global Healthcare understands that large scale projects, such as the one being undertaken by the company, are of national interest and thus, welcomes a constructive, open and ongoing discussion.

The company reiterates that it has been forthcoming with information and willing to speak with all stakeholders concerned. Whilst presentations on the project and the company have been given to a number of Unions, constituted bodies and other entities, MAM and UHM have continuously refused to meet VGH officials to discuss the project.

It is for this reason, that the company finds the letter sent to the Chairman of the Public Accounts Committee somewhat surprising. VGH highlights that many of the points listed in the letter are not only incorrect, but irresponsible, and incredulous, and that most major issues have been clarified publicly by the company.  Other questions said to have been left unanswered could have easily been addressed had said unions accepted one of many invitations sent by the company.

VGH will continue to discuss and reply to questions brought forward by interested parties, however at this stage, VGH can’t help but question whether the decision taken by UHM and MAM officials not to engage in dialogue truly represents the interest of the unions’ members or if this decision is led by an ulterior political agenda.  

VGH again publicly invites MAM and UHM to meet and engage in dialogue so that the scaremongering and dissemination of fabricated information can stop, for the good of the workers of VGH hospitals and the general public at large.

Mingħalija qalu li l-PBS sar qisu każin tal-Labour

Hekk tawn l-impressjoni minn wara Marzu tal-2013 ‘il hawn, li l-PBS sar qisu każin tal-Labour. Jista’ jkun hawn minn jemminhom, imma trid tkun mazzun biex temmen dak kollu li jgħid il-PN.

Saħansitra anke Kap tal-Aħbarijiet kienu għamlu persuna tal-fiduċja tagħhom għax ma kienu sabu lil ħadd tajjeb minn newsroom li kienu mlewha b’impjegati tal-istamperija u mis-segretarjati tal-ministeri.

Sylvana Debono kienet ġurnalista tal-RTK  għal żmien twil li wara l-elezzjoni tal-2003 għamlet perjodu taħdem il-MEPA bħala segretarja tal-bord u minn hemm iċċaqalqet għall-PBS fejn għadha taħdem bħala manager fit-taqsima tal-programmi.

Qed tara kemm ma tridx temmen dak li jgħidu Simon Busuttil u sħabu.