Guest post: The Times are PN poodles

Stop Press.  Times headline.  Online Times story by Herman Grech.
Malta has the lowest unemployment rate in Europe.
Sorry to mislead you. That is the true top story this week but The Times chooses to not headline the bread and butter issues that affect us all. The Times continues to be the poodle of the PN.
With apologies to cute and intelligent poodles of course.
The Times, shame on the Louis  Farrugia,Herman Grech and Austin Bencini who ensure it is no longer the unbiased paper that Mabel Strickland created and was so proud of.
This is not only a best in Europe statistic. This is the best Malta and Gozo have ever known. Newsworthy don’t you think even if you vote PN?
The Times would apparently only headline Malta having the lowest unemployment rate in Europe if the PN RCC/DCG was in government.
Shame on them all.

Feature tajjeb dwar ix-xogħol tal-ġurnalisti, Simon jgħid li ma jevitax mistoqsijiet

Il-Kap tal-PN kapolavur ieħor u tipikament jgħid mod u jagħmel ieħor pero il-mistoqsijiet ma jaħrabx minnhom.

Dylan Farrell u Dinah Seguna għamlu feature għal programm Nistaqsu dwar ix-xogħol tal-ġurnalisti. Ħadu ħafna mumenti minn dak li jiġri meta jippruvaw jagħmlu mistoqsijiet lil Simon Busuttil.

In-Nazzjonalisti jgħidu li l-Prim Ministru jevita lil ġurnalisti!

Aktar reazzjonijiet negattivi għal partiġġjaniżmu ta’ Jason Azzopardi li pprova jieħu vantaġġ politiku mill-inċident f’Marsaxlokk

L-aqwa li nippużaw ma’ Kristu Re, mbagħad ikun hemm inċident sfortunat u l-ewwel ħsieb ma jmurx lejn il-persuni li jkunu involuti, minflok l-ewwel ħsieb imur kif jista’ jieħu vantaġġ politiku. Imissu jistħi min jaħseb hekk.

U l-ewwel wieħed li ħaseb fil-politika flok fin-nies kien Jason Azzopardi li wara l-inċident tal-bieraħ filgħaxija f’M’Xlokk, flok ħaseb fin-nies li weġġgħu, ħsiebu mar fuq il-vantaġġ politiku li l-PN jista’ jieħu minn sitwazzjoni bħal din.

U n-nies fuq Facebook ma ddejqu xejn li juru x’jaħsbu dwar dak li kiteb Jason Azzopardi. L-uniċi nies li ddefendew dak li qal, kien il-kollegi tiegħu id-Deputat Mario Galea u ċertu David Agius.

reaction to jason 1

reaction to jason 2

When fools rush in to take advantage out of an unfortunate accident

Nationalist MP Jason Azzopardi rushed in to take advantage of an unfortunate accident, a fireworks explosion in Marsaxlokk in which at least two people have been injured. Marsaxlokk is celebrating the feast of Our Lady of Pompei.

It has been reported that an amount of fireworks took off at the same time causing a huge explosion which was felt in the surrounding areas of Marsaxlokk.

mxlokk explosion

Jason Azzopardi took to Facebook trying to take political advantage of the incident with his followers reacting badly to what he has posted.

Can he really stoop lower than this?

jason azzopardi explosion mxlokk

 

reactions to jason azzopardi post

Ara Claudette, issa l-anqas il-festa ma tista’ tmur!

Ritratt kortesija ta’ Daphne Caruana Galizia li fuq il-website tagħha ġabet ritratt tal-Ministru Konrad Mizzi u l-mara tiegħu Sai li kienu għal festa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid flimkien ma’ mijiet ta’ nies oħrajn u bħalma jagħmlu eluf ta’ Maltin matul is-sajd, imorru l-festa.

Ma smajtha tgħid xejn lil Claudette fuq dan, jew jien żbaljat?

Qed tara Claudette issa lanqas il-festa ma tista’ tmur! Mhux biżżejjed ma tmurx il-baħar. Povra Claudette qed tħossha kkundizzjonata.

Issa nirċievi xi ritratt ta’ Deputat tal-PN f’xi festa u tagħmel plejtu!

Cluadette Buttigieg taf ta’ min kienet l-idea li bdew jiġru wara d-Deputati u esponenti tal-Labour kull fejn ikunu.

Dettalji ġodda dwar l-użu tal-jet privat minn Lawrence Gonzi

Fis-7 ta’ Mejju 2004 The Times ippublikat storja li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi kien ħa deċiżjoni li ma jużax l-ajruplan privat għas-safar uffiċjali tiegħu.

Ovvjament it-Times dak iż-żmien ma kien jinteressha xejn li tinvestiga l-użu tal-ajruplan privat mill-Prim Ministru, kif qed tieħu interess taghmel illum. L-għan tat-Times dak iż-żmien kien li tilgħaq lil gvern.
Oħroġ il-għaġeb it-Times matul is-snin qatt m’għamlet investigazzjoni biex tara jekk Gonzi fil-fatt żammx kelmtu fuq l-użu tal-ajruplan privat. U mhux ta’ b’xejn !
Minn meta t-Times qalet li kien ħa deċiżjoni li ma jużax l-ajruplan privat għas-safar uffiċjali tiegħu sa kemm spiċċa minn Prim Ministru f’Marzu 2013, fil-verita Lawrence Gonzi għamel użu mill-ajruplan privat 70 darba.
Imma kif tat-Times affarijiet bħal dawn jaħarbulhom ? Għandhom tant gurnalisti investigattivi bħal Ivan Camilleri, Jacob Borg, Matthew Xuereb u Caroline Muscat, setgħu investigaw mhux hekk!
Waqt li llum il-gvern jieħu lura 80% tal-ispiża meta l-ajruplan privat jintuża għall-impenji tal-Prim Ministru, fi żmien Gonzi kien hemm 12-il okkażjoni fejn il-gvern ma ħax ċenteżmu wieħed lura l-Prim Ministru Gonzi siefer bl-ajruplan privat.
Għax minkejja li kien jaf li l-gvern ma kien se jieħu xejn lura, Gonzi għażel fost ohrajn li jmur għall-funeral tal-Papa Ġwanni Pawlu II bil-jet, għażel li jmur biex jiċċelebra d-dħul tal-ewro bil-jet u anki meta darba żar il-Greċja mar bil-jet. Ovvjament seta mar b’ajruplan normali!
Simon Busuttil li nhar il-Hadd mar jitkellem fuq il 101 u ħa skandlu kbir għaliex il Prim Ministru llum qed juża ajruplan privat biex jattendi għall laqgħat tal-UE kien jafhom dawn id-dettalji.
Miskin taparsi nesa li Gonzi l-ajruplan privat uzah 70 darba minn meta qal li mhux se jużaħ iktar!
Bla dubju li Gonzi seta’ jagħmel hekk għax kien Prim Ministru li  ġej mill-Partit Nazzjonalista u allura seta’ jagħmel li jrid u ħadd ma kien jagħmel mistoqsijiet u investigazzjonijiet kif qed taghmel it-Times illum.
Għax ma jifilħuhiex li l-PN qiegħed fl-Oppożizzjoni, The Times u Simon Busuttil qed jippruvaw jagħmlu minn kollox biex ipinġu ikrah lill-gvern tal-lum iżda qed jispiċċaw ifakkruna fl-iskandlu u fid-deċiżjonijiet  tal-gvernijiet tal-PN li mingħalihom konna nsejna.

Minn 26 ġimgħa, f’21 minnhom ma kien hemm ebda mediċina out of stock, u Claudette x’se tagħmel?

Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienu reġistrati 21 ġimgħa fejn ma kien hemm l-ebda mediċina out of stock. Din is-sena mistennija tkun sena rekord għall-inqas ammont ta’ mediċini out of stock irreġistrati s’issa.

Matul l-2015 kienu reġistrati 26 ġimgħa li fihom ma kien hemm lanqas mediċina waħda li kienet out of stock.

“Il-mediċina out of stock kienet pjaga li ħafna nies batew minħabba fiha għal ħafna żmien.Gvern Laburista kien kommess li l-out of stock jeliminaha. U hekk għamel grazzi għall-ħidma sfieqa minn diversi persuni fosthom il-ħaddiema tal-POYC u CPSU, kif ukoll il-ħafna spiżjara fil-komunità’’, qal Chris Fearne.

Sal-amministrazzjoni preċedenti kull ġimgħa kien ikun hemm mijiet ta’ mediċini li kienu jkunu out of stock. Simon Busuttil li kien il-Viċi Kap ma kienx jeħodha bi kbira li jkun hemm il-mediċini out of stock għax kien jgħid li anke tal-ħanut ikollu l-piżelli li jkunu out of stock!

Ikun tajjeb li Claudette Buttigieg tgħid lil poplu Malti xi pjani għandha għal qasam tas-saħħa biex jekk tkun Ministru tas-Saħħa ma nerġgħux immorru lura għas-sitwazzjoni li konna fiha.

Mitt sena minn twelidu sirna l-aqwa fl-Ewropa

Id-destin ried li fil-ġurnata li fiha l-Partit Laburista fakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ Dom Mintoff, flok fis-6 ta’ Awwissu, fil-ġurnata propja, peress li se ssir attività Nazzjonali, il-Partit Laburista qed jagħti l-isbaħ  rigal li qatt seta’ jistenna l-Perit Dom Mintoff, jiġifieri li Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa.

Il-Partit Laburista li tiegħu Dom Mintoff kien l-ikbar esponent li qatt kellu u li qatt jista’ jkollu, għandu għan ewlieni; ix-xogħol, ix-xogħol biex permezz tiegħu persuna tingħata d-dinjità, biex kull raġel u mara jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum mingħajr ma jitolbu l-karità u li permezz tax-xogħol javvanżaw ‘il quddiem.

JM fjuri mintoff 100 sena

Fit-tifkira li l-Partit Laburista għamel f’Bormla l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat qal “Dom Mintoff ħadem biex jinħarġu n-nies mill-faqar, biex Malta tmexxi hi, u biex jinħolqu l-impjiegi. Illum, 100 sena wara, mhux qed nistennew li ħaddieħor jagħmel il-karità magħna, imma għandna pajjiż li għandu l-inqas rata ta’ qgħad u aktar importanti li ż-żgħażagħ tagħna llum għandhom l-iktar ċans li jsibu xogħol. X’rigal tista’ tagħti aħjar minn hekk lil min dejjem emmen li x-xogħol jagħti d-dinjità? Qed nagħtu pajjiż li huwa l-aqwa fl-Ewropa u se jibqa’ hekk”

Il-persuni li jiddependu fuq il-benefiċċji naqsu b’40%. Aħna nitkellmu u nfaħħru lil Mintoff fuq il-welfare state, imma dawn il-benefiċċji soċjali qegħdin hemm biex iservu bħala xibka, biex min jaqa’, jintlaqa’ u jtuh is-saħħa biex dak li jkun iqum u jmur jaħdem u jaqla’ l-għajxien għall-familja tiegħu.

Eżempju għall-ewwel darba wara 25 sena żdiedu l-pensjonijiet, il-wirt li ħalla Mintoff aħna bnejna fuqu, qal Joseph Muscat filwaqt li tenna li issa għandna sfida importanti li l-Perit Mintoff kien irnexxielu jirbaħha iżda mbagħad din l-isfida reġgħet għolliet rasha fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti.

Mintoff kien qered il-faqar estrem, iżda llum hawn il-faqar relattiv u kburin li wara ħafna snin, naqqasna l-faqar.

Biex ifakkru dan l-avveniment il-kumitat tal-Partit Laburista tal-Birgu tella’ l-bandiera ta’ Mintoff.

Birgu bandiera Mintoff

Dal-bravi kienu qalu l-Labour iġib diżastru u jeħodna 30 sena lura fil-qasam tax-xogħol

Dawn it-tliet kapolavuri tal-PN, li tnejn minnhom illum miġġildin minn ma’ xulxin u m’għadhomx jitkellmu, qabel l-elezzjoni li għaddiet kienu qalu;

“Labour won’t work – il-labour igib il-qghad u jehodna lura 30 sena. Dan huwa l-messagg ewlieni tal-billboard li nieda l-Partit Nazzjonalista bhala mezz biex ikompli jwassal il-messagg tieghu. 

F’konferenzatal-aħnarijiet, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN Marthese Portelli qalet li l-PN qed jagħmel użu munn billboard li hu simili fil-messaġġ u fil-grafika għal dak li kien intuża 30 sena ilu waqt il-kampanja elettorali fl-Ingilterra. Dan il-bollboard hu meqjus bħala li biddel il-mod kif isiru l-kampanji u jintuża f’diversi kampanji, inkluż fil-kampanja elettorali li għaddejja bħalissa fl-Istati Uniti”.

Kieku l-billboard biddel kampanji, imma lil PN ma biddlux! Negattivi kienu u negattivi għadhom, ibeżżgġu bil-Labour kienu u jbeżżgħu bil-Labour għadhom.

 

L-anqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa, statistika li l-media ‘indipendenti’ trid taħbi

Malta hija l-aqwa fl-Ewropa bil-fatti. Statistika turi li għall-ewwel darba fl-istorja f’Mejju pajjiżna kellu l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, meta kienet ta’ 4%.

Din hija l-anqas rata ta’ qgħad li qatt kienet osservata mindu l-Eurostat bdiet tiġbor l-istatistika ta’ pajiżna.

Wara Malta hemm ir-Repubblika Ċeka (4.1%) u l-Ġermanja (4.2%). Illum il-qghad f’Malta naqas 0.2 punti perċentwali taħt dak fil-Ġermanja, il-mutur ekonomiku tal-UE.

Pajjizna bħalissa għandu rata ta’ qgħad ferm anqas min-nofs dik osservata fil-bqija taż-żona ewro. Skont il-Eurostat il-qgħad f’Gunju kien 2.2 punti perċentwali anqas mir-rata fil-bidu ta’ din l-amministrazzjoni.

Dakinhar Malta kellha rata ta’ qghad kważi punt perċentwali ogħla minn dik fil-Ġermanja.

Meta wieħed iqabbel dak li għaddejjin minnu bħalissa mal-esperenza tal-leġiżlatura preċedenti, ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna kienet bħala medja 6.5%.

F’Dicembru 2009 pajjiżna sa wasal li kien laħaq rata ta’ qgħad ta’ 7.3%, b’distakk ta’ 2.7 punti perċentwali mill-medja taż-żona ewro.

Illum bejn ir-rata tal-qghad f’Malta u l-medja taż-żona ewro hemm distakk rekord ta’ 6.1 punti perċentwali.

Lejlet l-aħħar budget tal-Gvern preċedenti, skont il-Eurostat kien hem 4,000 aktar persuna bla xogħol milli hawn illum.

U n-Nazzjonalisti kienu jgħidu li l-Labour iġib il-qgħad.

Lis-south għamluh u jriduh il-miżbla tal-pajjiż

Iż-żewġ kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, fosthom il-kandidat tal-PN Hermann Schiavone ivvutaw kontra mozzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuga li tgħid li l-Kunsill ma jaqbilx li titkabbar ż-żona tal-Freeport fuq art ODŻ.

Wara li l-PN mela s-south tal-pajjiż b’kull xorta ta’ industrija u ħmieġ, li kien għalih Simon Busuttil u sħabu jkomplu jżidu mat-tniġġiz u mal-inkonvenjenza għan-nies tan-naħa t’isfel ta’ Malta billi jespandu l-Freeport fuq art li hija ‘l barra miż-żona tal-iżvilupp.

Fi 28 sena tal-PN ma nbiddlux, u li kien għalihom iridu li s-south ta’ Malta ikun il-miżbla tal-pajjiż. Meta jitkellmu fuq politika onesta, tal-anqas qed ikunu onesti fuq xi ħaġa, lis-south iriduh miżbla.

 

Ok! Tal-ambjent ħarġu stqarrija, l-ebda kritika u kundanna għall-PN

Tal-Front Ħarsien ODZ ħarġu stqarrija biex jgħidu li qed jaqblu mal-pożizzjoni tal-gvern. Ma qalux kelma waħda kontra l-Oppożizzjoni kif għamlu meta kien il-gvern qed jipproponi investiment ġdid fuq art ODZ.

Anzi, fl-istess dikjarazzjoni li fiha qalu li qed jaqblu mal-gvern fuq il-pożizzjoni dwar l-espansjoni tal-Freeport fuq area ODZ ikkritikaw lil gvern fuq l-investiment taż-Żonqor u ma qalu xejn fuq il-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil u kif għamel u-turn.

Fuq kif il-PN filli kien kontra żvilupp fuq art ODZ u issa sar favur.

Tal-Front Ħarsien ODZ jgħażlu liema ODZ iħarsu u għalhekk nibqa’ ninsisti li ma jistgħux jittieħdu bis-serjeta’.

Meta l-gvern ppropona proġett fuq art ODZ ħarġu gass mal-pjanċa u għamelu protesti u konferenzi tal-aħbarijiet jikkritikaw u jikkundannaw u meta għandna l-PN favur żvilupp fuq art ODZ ma fetħux ħaqlhom biex jikkundannawhom.

Kemm ħarġu stqarrija.

Simon jaqbel ma’ espansjoni tal-Freeport fuq ODZ, fejnhom tal-Ambjent?

Raqdu tal-Ambjent? Fejn huma Briguglio, Debono u tal-Front Ħarsien ODZ? Ma semgħuħx lil Simon Busuttil jgħid li jaqbel mal-espansjoni tal-Freeport fuq art li hija ODZ?

Mħatra, li kieku l-Labour għamel dik il-proposta ħarġu gass mal-pjanċa jikkritikaw, jipprotestaw jikkundannaw u jgħidu li se taqa’ d-dinja jekk nerġgħu nużaw art ODZ għall-espansjoni tal-Freeport.

Imma oħroġ il-għaġeb tkellem Simon, għamel u-turn u tal-Ambjent għamlu u-turn miegħu.

Għalhekk ma tridx teħodhom bis-serjeta’

front harsien odx save zonqor

Spot the odd one out

Yes it is him, Beppe Fenech Adami in casual wear attending a lounge event yesterday evening.  In high society it is proper to wear a lounge suit to an event that is informal, however informal does not mean casual.

To begin with, a tie and dark suit are required for a lounge dress code. You can just google it these days!

The event was organised by a local supermarket chain at Villa Bologna in Attard. Among the invitees there were also Simon Busuttil with Kristina and Ann Fenech.

Lounge invite

San Ġwann Boċċi Klabb disassociates itself from PN

After a Facebook announcement reproduced on this website, San Ġwann Boċċi Klabb Preisdent Demis Micallef sent in this reply on behalf of the committee to disassociate themselves from the political controversy created by one of their regulars.

Declaration by Demis Micallef;

“As a committee we write in order to dissociate our club from any form of political involvement or controversy in which the same club was unjustly dragged by irresponsible individuals who have no respect towards our club and it’s members .

Anyone who makes such untrue statements  is doing untold harm to our club and the sport we all work hard to promote in our community. Anyone who persists in such shameful and irresponsible behaviour is to be considered as a persona non grata”.

This was the Facebook announcement in question;

San Bocci Klabb 2