Jinkixef ieħor …

L-International Network of Spies għandu double agents li qalulna li ċertu Edward Rizzo kien qiegħed għal btala f’Dubai waqt il-vaganzi tal-Għid fl-istess lukanda li fiha kienu qed iqattgħu il-btala tagħhom il-Prim Ministru u l-familja tiegħu.
Qalulna li kien qed jiddiletta jiġbed ir-ritratti u għamel bosta jiem jipprova jieħu ritratt tal-Prim Ministru. Fil-fatt irnexxilu jaqbad wieħed ta’ Michelle Muscat u ta’ waħda mit-tfal ta’ Joseph u Michelle.
Ir-ritratt spiċċa ppublikat minn Daphne Caruana Galizia. Ta’ min jitkellem ftit dwaru dan il-proxxmu eh!

Għan-Nazzjonalisti Ħamruniżi illum m’hijiex festa

Hija tradizzjoni Maltija li fil-festi, soċjetajiet u anka individwi jtellgħu il-bandiera ta’ Malta. Fil-Ħamrun, kull soċjeta għamlet hekk illum, Jum il-Ħelsien, barra l-każin tal-PN. Għalihom m’hijiex festa.

Ma tantx huma esperti tal-bnadar tal-każin tal-Ħamrun, ġieli anke l-bandiera tagħhom itellgħu rasha ‘l isfel.

pn hamrun bandiera rasha l-isfel

Dal-ġmiel kellu jagħmel il-programm illum minħabba urġenza nazzjonali

Filgħodu ħabbar li llum ma kellux programm u kien se joqgħod igawdi l-festa ta’ Jum il-Ħelsien. Wara l-konferenza tal-aħbarijiet tal-Kap, il-pjani inbidlu u reġa’ bdielhom. Il-programm se jagħmlu.

Nispera mhux se jerġa’ jibda jwebbel lis-semmiegħa tiegħu li ġejja l-elezzjoni!

Mħatra li se jgħid illi l-gvern qed jipprova jagħlaq ħalq Jason Azzopardi. Mħahtra li mhux se jsemmi illi ċittadin privat fetaħ kawża lil Jason Azzopardi wara allegazzjonijiet li d-Deputat Nazzjonalista għamel fuqu.

David Thake march 31 avviz

 

david thake march 31 avviz 2

Fil-Partit tal-Avukati, possibbli daqshekk ċwieċ?

Dan suppost partit tal-Avukati u jillekċerjaw ukoll. Simon Busuttil huwa Avukat hu nnifsu u ma jafx x’inhi d-differenza bejn azzjoni meħuda mill-gvern u azzjoni meħuda minn individwi. Mur afdah bil-kawża eh!

Miskin, qed juruh solidareta. Daru miegħu wara l-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Simon Busuttil. Dawn ukoll ma jafux id-differenza bejn azzjoni meħuda mill-gvern u azzjoni meħuda minn individwu? Possibbli daqshekk ċwieċ?

Għax anke jien li qatt ma studjajt il-liġi naf x’inhi d-differenza.

#GroupHug

Deputati PN jgħannqu lil Jason

Qabel il-konferenza stampa ta’ Simon Busuttil, ħadd ma hu ‘il fuq mill-liġi

Tgħid qed jieħu l-instructions qabel jidħol għal konferenza stampa ta’ Simon Busuttil? Il-Kap tal-Oppożizzjoni llum għamel konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament fuq il-każ tad-Deputat tiegħu Jason Azzopardi li għadda kummenti malfamanti fil-konfront tal-ex Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit.

Billi Jason Azzopardi huwa Deputat, Simon Busuttil qed jippretendi li ma jerfax ir-responsabbilta ta’ dak li allega fil-konfront ta’ Peter Paul Zammit. F’konferenza tal-aħbarijiet li kien għamel f’Ġunju li għadda, Jason Azzopardi kien allega li Peter Paul Zammit fil-vesti tiegħu ta’ Kummissarju tal-Pulizija kien kiser il-liġi tad-Data Protection u għadda informazzjoni lil ġurnal Malta Today.

Jason Azzopardi Ivan Camilleri

Allegazzjonijiet serji fuq Kummissarju tal-Pulizija li ma rriżulta minn mkien li kien għamel hekk. Iżda ġaladarba din l-allegazzjoni saret minn Deputat tal-PN, qed jippretendu li tgħaddi mal-oħrajn u ma jitteħdux passi. Jason Azzopardi rreaġixxa fuq Twitter u qal li ħadd ma hu se jgħalaqlu ħalqu.

Jason Azzopardi defamation

Ħadd ma jrid jgħalaqlu ħalqu, iżda ta’ dak li jgħid irid jerfa’ ir-responsabbilta għaliex hu, mbilli huwa Deputat tal-PN ma jfissirx li hu ‘l fuq mil-liġi.

Hekk kienu qal fil-konfront tiegħi Eddie Fenech Adami meta ressaqni l-Qorti fuq akkużi simili wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb Il-Ġurament.

Accountability? Commodini Cachia titħallas ta’ lectures li ma tattendix għalihom

L-MEP tal-PN Therese Commodini Cachia ukoll tħobb titkellem dwar l-accountability. Iżda qatt ma tgħid xejn dwar l-accountability fl-Universita. Evidenza li hija ppublikata fuq il-website tal-Universita, għax aqqas tistħi, taf li dawn l-affarijiet huma pubbliċi, inqabdet li mhux qed tattendi għal maġġoranza tal-lectures li suppost tagħti u titħallas xorta.

Commodini Cachia ma ħadmitx aktar minn 39 siegħa f’sena akkademika sħiħa mifruxin fu1 6 study-units. Dan meta suppost għandha lecturing load ta’ 98 siegħa. Dan ifisser li ma attendietx għal 60% tal-lectures li tħallset għalihom.

B’appointment ta’ TR4 fil-grad ta’ lecturer qed titħallas is-somma approssimattiva ta’ kważi €20,000 fis-sena. Bħala lecturer  TR4 huwa meħtieġ illi tagħti erba’ sessjonijiet ta’ erba’ siegħat fil-ġimgħa. Issa din Commodini Cachia anqas tkun Malta matul il-ġimgħa.

Ix-xogħol tagħha, barra li jinkludi lectures, li issa sirna nafu li mhux qed tattendi għall-maġġoranza tagħhom, suppost ukoll illi tagħmel xogħol ta’ riċerka u xogħol akkademiku ieħor li jinkludi dak amministrattiv u professjonali. Dan jirriżulta mill-ftehim kollettiv għall-istaff akkademiku tal-Universita.

Bix-xogħol li għandha fi Brussell, li tkun hemm matul il-ġimgħa bejn it-Tnejn u l-Ħamis ma tistax tagħmel dan ix-xogħol kollu.

 

F’din il-ġimgħa baqgħet siekta meta mistoqsija tgħid dwar kemm tagħmel ħin ta’ xogħol fl-Universita. Għalhekk baqgħet ħalqha magħluq, għax taf li meta tmur tippontifika fuq l-accountability hi xejn m’hi accountable lejn l-Universita, lejn l-istudenti u lejn it-taxpayer li jħallasha biex suppost tagħllem lill-uliedna.

#DoubleStandards

Comment of the Day: Elite people are not self proclaimed

This comment was sent in earlier today by someone with the pen name Trafigura: Elite people are not self-proclaimed Daphne. That is what you and many others in Malta don’t get, yet you try so hard. Being sent to a particular school in Malta does not give you that title because there is no such school here. Neither does writing in a blog against the so-called ‘hamalli’.

The real elite boast a family heritage with ongoing personal success. And of course, they don’t need talk about it. Similarly, the brightest people I’ve met never talked about how clever they are. They subtly display their success when needed, but doing so is not on their minds 24/7.

Note: Trafigura was the company owned by George Farrugia, he who bribed Enemalta officials. He was pardoned by the previous administration to turn state witness. His testimony has already been doubted twice by our Law Courts.

Michelle fil-mira

Issa jmiss lil Michelle Muscat tkun fil-mira, il-mara tal-Prim Ministru li appoġġjat proġett ta’ kumpanija biex tgħallem ħabsin nisa is-sena tal-ħjata. Kampanja kontra Michelle li bdiet permezz ta’ The Times u kompliet minn Daphne Caruana Galizia.

Michelle qed tkun fil-mira ta’ kampanja talli l-Fondazzjoni Marigold, immexxija minnha, tat donazzjoni ta’ magni tal-ħjata biex ħabsin nisa jitgħallmu iħitu waqt li jkunu qed iservu s-sentenza tagħhom flok jaħlu l-ħin il-ħabs. Tax-xogħol li għamlu, għad għandhom jieħdu ammont ta’ flus.

 

F’konferenza tal-aħbarijiet il-bieraħ wara nofs in-nhar, Michelle Muscat spjegat illi bħala Marigold rat li dan il-proġett, immexxi minn Mary Grace Pisani seta’ jagħmel il-ġid u għalhekk ingħata l-appoġġ billi ingħataw magni tal-ħjata.

Pisani spjegat li hi għad għandha tiġbor il-flus, minn għand iċ-CHOGM tal-kostumi li tħitu fil-ħabs minn dawn il-priġunieri u ġaladarba jitħallsu dawn il-flus hi tkun tista’ taffetwa l-pagamenti dovuti lil ħabsin li jitħallsu b’rata kummerċjali.

Issri konferenza tal-aħbarijiet u tiskanta, meta tara l-coverage fuq il-ġurnali aqqas temmen li ċerti ġurnalisti jkunu attendew l-istess konferenza tal-aħbarijiet.

Marigold Presser

 

Marigold Presser 2

 

Marigold Presser 3

 

Mbagaħd filgħodu qam dan, Beppe Grillo ta’ Malta li issa dieħel fil-politika. Sa jumejn ilu dan kien kontra t-tgħajjir personali w illum qed juża l-istess lingwaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia. #FuturfisSod

 

Salvu Mallia on Michelle

Ma tridx wisq biex issa jerġa’ jibda jmur fuq Xarabank u jitkellem fuq aktar drittijiet għal ħabsin, biex nħeġġuhom jitgħallmu skills ġodda u ngħinuhom jintegraw lura fis-soċjeta. Punti validi kieku, basta ma tmissx magħhom il-mara tal-Prim Ministru.

Il-Ħelsien u l-ugwaljanza

Malta illum tfakkar is-37 anniversarju minn Jum il-Ħelsien, li kien l-ewwel pass fil-mixja ta’ pajjiż ħieles u indipendenti. L-ewwel pass għal bidla għamilnih 37 sena ilu, mixja li għadha għaddejja għaliex Malta hija pajjiż li għadu qiegħed jinbidel.

Illum għall-ewwel darba wara ħafna snin, dan il-pajjiż qed joħloq aktar xogħol li uliedu mhux qed ilaħħqu miegħu, illum kull min irid jaħdem isib xogħol, u minkejja li għal kull 10 impjiegi 5 jmorru għand il-Maltin u 5 jmorru għand il-barranin, din mhux sfortuna tant li l-Perit Dom Mintoff kien qal li huwa jixtieq jgħix f’pajjiż li tant kemm jikber il-pajjiż li jkun kapaċi mhux biss jagħti x-xogħol lill-uliedu, iżda li jagħti x-xogħol lill-ulied ħaddieħor.

Il-Prim Ministru waqt iċ-ċerimonja tal-Partit Laburista l isaret il-bieraħ fil-Borgu, qal li l-għan aħħari tal-Perit Mintoff ma kienx il-Ħelsien iżda l-ugwaljanza, fejn kulħadd ikun meqjus l-istess u fejn id-drittijiet ikunu universali għal kulħadd.

Imxejna ħafna, iżda għad għad hawn m’hawnx ugwaljanza sħiħa. Fadlilna fejn inkomplu naħdmu għal persuni b’diżabiltà, għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, għalkemm ħdimna fuq drittijiet għal persuni b’orjentazzjoi sesswali differenti xorta għad fadlilna x’nagħmlu filwaqt li għad ma wasalniex lanqas fid-drittijiet għal persuni barranin.

Malta qed tinbidel. Il-Moviment li nbena madwar il-Partit Laburista għadu irid jaħdem fuq aspetti oħra tal-ugwaljanza f’pajjiżna, għal aktar drittijiet. Il-Prim Ministru il-bieraħ qal hekk “Jien ċert li l-maġġoranza tal-Maltin qegħdin f’dan il-movimet għax iridu din il-bilda, li għandhom l-aspirazzjoni biex ikunu aħjar. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna f’din il-viżjoni, li tmur lil hinn mill-aħmar u l-blu, mill-elezzjonijiet, imma viżjoni taf fejn irid jasal dan il-pajjiż, viżjoni li kien hemm 37 sena ilu u li għadha fil-qlub u l-imħuħ tal-Maltin u l-Għawdxin, stqarr il-Prim Ministru”.

 

Apparti li niċċelebraw Jum il-Ħeslien għandna nħarsu lejn id-difetti li għandna biex inkomplu niksbu aktar ugwaljanza.

 

Joseph Muscat Helsien

Il-PN mhux se jkun f’pożizzjoni li jħallas lura “d-dejn” man-nies

Email li rċevejt minn għand persuna qrib ħafna ta’ politiċi Nazzjonalisti tikxef l-intenzjoni tal-PN dwar l-idea tas-self minn għand in-nies li ħarġu biha. Parti mill-email tgħid hekk;

My friends in the Nationalist Party have explained that the new 10000 euro loans by the PN are part of a plan to avoid disclosure. Once again the nationalist party which for 25 years sought to avoid the introduction of party financing legislation is now seeking to by pass it. Moreover, people in the PN’s finances expressed their concern that the Nationalist Party will not be in a position to repay debts in ten years time. Hence these are being considered as donations disguised as loans which will continue to be shrouded in secrecy. Another feather in Simon’s transparency cap!!

Basta jgħajjar bit-trasparenza, il-lista ta’ min se “jsellfu” l-flus se tibqa’ moħbija. Il-PN minn dejjem ħeba l-istatement finanzjarji tiegħu u qatt ma ppublika l-accounts bħalma għamel il-PL għal ħafna snin. Issa kellu jkun il-PL fil-gvern li jintroduċi liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi fejn il-partiti huma obbligati li jippublikaw l-ismijiet ta’ min jagħti donazzjonijiet. Speċjalment donazzjonijiet kbar.

Lil’hinn mill-lista sigrieta ta’ obbligazzjonijiet li se jkollu Simon Busuttil huwa l-fatt li l-PN jaf li mhux se jkun kapċi jħallas lura d-dejn li se jkollu man-nies. Għalhekk din hija skema biex taħbi minn fejn il-PN qed iġib il-flus. Tant hu hekk li l-bieraħ stess, is-Segretarju Ġenerali Rosette Thake qalet li ma hemm ebda garanzija li d-dejn jitħallas.

Rosette Thake dwar loans

Provi illi juru li Alban Thika ipprova jinfiltra fil-Labour biex jispjuna għall-PN

Ftit qabel l-elezzjoni tal-2013, Alban Thika kien qed jipprova jħuf fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u anke kellu laqgħat biex “jgħin” lil Partit Laburista meta fil-fatt it-tir tiegħu kien li jispjuna.  Qabel inqabad, l-Albaniż spjun ta’ Simon Busuttil beda jkollu laqgħat fiċ-CNL fosthom din il-laqgħa fil-25 ta’ Ottubru maċ-Chairman tal-Fondazzjoni IDEAT Aaron Farrugia.

 

Alban Thika IDEAT apt (2)

 

Alban Thika kien qed jipprova jikseb informazzjoni dwar il-proposti tal-Partit Laburista għall-manifest elettorali biex jgħaddihom lil PN. Illum huwa impjegat mal-PN u jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fil-Parlament bħala Parliamentary Officer fejn jgħin lil Simon Busuttil fix-xogħol Parlamentari.

Kien ukoll kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar is-sena li għaddiet.

Din ma kienetx l-ewwel darba li Thika, li jipproġetta lilu nnifsu bħala espert fl-IT, ipprova jilgħaba ta’ xi ħadd ieħor. Apparti liwaqt iċ-CHOGM Business Fourm kien ipprova jidħol mal-VIPs billi jilgħaba ta’ Membru Parlamentari, kien hemm okkażjonijiet oħra, anke barra minn Malta fejn ippoża f’karigi li fil-fatt qatt ma kellu.

 

Ebda garanzija li min isellef lil PN se jieħu flusu lura

Dikjarazzjoni li għamlet is-Segretarja Ġenerali tal-PN Rosette Thake qed titfa’ dubji fuq kemm il-PN se jonora l-kelma tiegħu ma’ min isellifhom il-flus. Hija tradizzjoni tal-PN li jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra u din id-darba jidher li ddikjaraw minn qabell li hemm il-possibilta li ma jżommux kelmithom. Għamilna pass.

Dan hu dak li ddikjarat Rosette Thake, li trid sitt ċedoli ta’ għaxart elef ewro fis-sena biex titħallas il-paga tagħha.

 

Rosette Thake dwar loans

 

Mistoqsija direttament jekk min isellef il-flus lil PN għandux il-garanzija li jeħodhom kollha lura u bl-interessi ta’ 4%, Rosette Thake qalet “Fil-ħajja xejn m’hu garantit”. L-ismijiet tan-nies li se jsellfu l-flus u għalhekk il-PN ikollu obbligazzjoni lejhom se jibqgħu sigrieti.

 

Gideb min qal li Alban Thika m’għandux kariga fil-PN

Illum.com.mt qed tikkowita sorsi fil-PN li qed jigdbu biex iżommu d-distanza minn Alban Thika u jgħidu illi l-ispjun Albaniż ta’ Simon Busuttil m’għandu ebda kariga fil-PN u “ma hu ħadd”. Min qal hekk hu giddieb. Wara li ma rnexxilux jinfiltra fil-Partit Laburista, Alban Thika intefa’ b’ruħu u ġismu mal-PN tant li llum huwa impjegat ta’ Simon Busuttil bħala Parliamentary Officer.

Alban Thika Illum

Tant  min qal hekk qiegħed jigdeb biex jgħatti xtur Simon Busuttil, li dan l-Albaniż anke għandu email account tal-Parlament f’isem il-PN kif jixhed l-address book tal-gvern stess, bil-kariga tiegħu tkun PN Parliamentary Officer.

 

Alban Thika HOR (2)

Għalkemm wara dak li kien żvelat, hemm min qed jipprova jżomm il-bogħod minnu, Alban Thika huwa persuna qrib ħafna ta’ Simon Busuttil u tal-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni David Agius, li fir-ritratt ta’ fuq jidher jippoza miegħu fl-istess okkażjoni li fiha kien hemm Simon Busuttil u s-sieħba tiegħu Kristina, li magħha għandu wkoll ritratt fl-istess okkażjoni.

Thika huwa wieħed mill-kollaboraturi qrib ta’ Simon Busuttil u jħobb jilgħaba ta’ spjun u jgħamilha ta’ Laburist jew ta’ Membru Parlamentari. Fir-ritratt ta’ hawn taħt jidher jippoża ma’ żewġ ex Prim Ministri Taljani, Enrico Letta u Mario Monti.

 

Alban Thika Letta Monti

 

 

L-ispjun ta’ Simon ma ċaħadx l-aġir tiegħu

Alban Thika ma ċaħadx kelma waħda minn dak li inkiteb f’Guest Post aktar kmieni illum dwar kif ipprova jinfiltra lil Partit Laburista biex jispjuna għall-PN u kif f’Novembru li għadda waqt iċ-CHOGM ipprova jidħol mal-VIPs billi ppoża ta’ Membru Parlamentari.

Mal-ġurnal ILLUM, sorsi fil-PN ippruvaw jiddistanzjaw ruħhom mill-għaġir tal-Albaniż ta’ Simon Busuttil, billi qalu li m’għandux kariga uffiċjali fil-PN. Kienu ikkwotati jgħidu li “Alban Thika m’hu ħadd u xejn fil-PN”.

Iżda kull min ikun il-Parlament ikun jaf li Alban Thika ikun dejjem ma’ Simon Busuttil. Jidher ukoll fir-ritratt hawn fuq jakkumpanja lil Ann Fenech barra l-bini tal-Parlament meta One News ipprova jieħu l-kummenti tagħha fuq il-kumpaniji li għandha fil-Panama.

Dan hu dak li kiteb fuq il-Facebook page tiegħu.

Alban Thika reaction

Hawnhekk jidher mal-kandidati tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

 

Alban Thika San Pawl Local Council

U hawnhekk jidher ma’ Kristina Chetcuti waqt wieħed mir-riċevimenti tal-PN

 

Alban Thika ma Kristina Chetcuti

 

Tony Santino: Conman Thika is Busuttil’s secret “spy”

Guest Post: Alban J Thika is a shady Albanian businessman who has become Simon Busuttil’s shadow. This flyspeck is nothing but a slimy conman.

What is pretty strange about this Albanian man (yes, Albania, the beacon country for democracy and the rule of law) who poses as some sort of communications and social media expert is being used by Busuttil to follow Labour people and “infiltrate” events to “spy on Labour”.

I can confirm at least two instances that prove this.

Before the 2013 general election, Alban J Thika tried to “work” for Labour and had meetings at the infamous Labour Party HQ fourth floor where he came up with the most bizarre campaign ideas, such as lining people in the streets holding plackards with Labour messages. No prize for guessing what Labour did with this sort of hopelessly silly “expert”. #rejected.

More recently, Alban J Thika presented himself uninvited at the CHOGM business forum dinner. As if that was not enough, he approached the CHOGM team members and said he was a Member of Parliament (he did not specify whether he was posing as MP in Malta or Albania) and demanded to be seated as a VIP. No prize for guessing what the ultra-prepared CHOGM team did with his outrageous demand. #bilguh.

One word for journalists reading this blog. There are some pertinent questions to be asked about this shady Albanian conman. Is he being paid by Busuttil? What is his role in the Nationalist Party? Is he part of the party structures? If he is not paid, was he promised government contracts if PN are elected?

#journos-here-is-one-to-watch.

For the Labour people who spot this guy in events where he shouldn’t be. Snap pictures back and send them to this blog when you see him around.

 

#snaptheflyspeck.

 

alban thika