Dawn għandhom trust f’Simon Busuttil

Jekk ma jkollhomx trust dawn f’Simon Busuttil min tridu jkollu? Lkoll pappewha tajjeb taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

Għadha friska l-informazzjoni li ħarget mill-Parlament dwar in-nofs miljun Ewro konsulenza li ngħatat id-ditta legali ta’ Ann Fenech.

Noel Buttigieg Scicluna, jifhem f’kollox meta jkun hemm il-PN fil-gvern għax m’hemmx bord li ma kienx fih u anke wkoll Ambaxxatur.

Andrew Borg Cardona, dejjem kellu trust fil-PN, kien hemm min kien hemm bħala kap.

#EjjaMmorruNipprotestaw

 

After all Panama is not a blacklisted country

After all that noise about Panama being blacklisted by the EU,  it isn’t. According to a EU Commission spokesman quoted by One News, Panama has never been blacklisted by the European Commission.

You can follow One News report here under

Broke the norm and wrote this piece in English for the benefit of some people.

 

Nofs miljun Ewro f’konsulenza għad-ditta legali ta’ Ann Fenech bejn 2008-2012. Sejra tipprotesta

Ann Fenech sejra tipprotesta nhar il-Ħadd. X’inhi r-raġuni vera il-għala sejra tipprotesta?

Let’s face it, m’hijiex xi peasant and she also speaks very good English. She specialises in maritime law ta, imma d-ditta legali tagħha xorta ingħatat b’nofs miljun Ewro konsulenza mill-Airmalta.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal fil-Parlament li bejn l-2004 u l-2007 id-ditta Fenech & Fenech  ingħatat EUR323,876,06 f’konsulenza waqt li qabel l-elezzjoni, jiġifieri bejn 2008 sa 2012 ingħatat EUR 187,277.59.

X’ma tmurx tipprotesta kontra dan il-gvern.

 

Ann Fenech table

Qiegħed veru gravi, se jniżżel lin-nies fit-toroq

Se nerġgħu nibdew bin-nies fit-toroq. Min kien qatt jgħaddilu minn rasu li l-PN se jniżżel lin-nies fit-toroq, daqs kemm huma puliti kif se jmorru jipprotestaw! Irrid nara kif se tkun din il-protesta …

Ghamilha protesta nazzjonali biex tkun tista’ tattendi Giovanna Debono wkoll. Aktarx tkun ma’ żewġha wkoll.

Ann Fenech sejra tipprotesta, għax taħt dan il-gvern ma ħaditx aktar konsulenzi.

George Pullicino sejjer jipprotesta għax m’għandux iktar persons of trust li jista’ jimpjega.

Jason Azzopardi sejjer jipprotesta għax m’għadux jista’ jindaħal lid-Dipartiment tal-Artijiet.

Francis Zammit Dimech se jmur jipprotesta għax m’għadux jonfoq mitt ewro petrol fil-ġimgħa minn fuq dahar il-poplu.

Beppe Fenech Adami se jmur jipprotesta għax se jilħaq jgħaddi wisq żmien qabel ma jilħaq mexxej.

Mario de Marco se jmur għal protesta għax bilfors.

David Thake jmur għal protesta għax twaqqaflu l-kuntratt tal-Wifi mill-ITS.

Ivan Bartolo se jmur jipprotesta għax dan il-gvern korrott sablu impieg

Noel Buttigieg Scicluna sejjer jipprotesta għax inqatawlu r-retainers kollha li kien jieħu minn fuq dahar il-poplu fil-bordijiet li kien appuntat fihom.

Claudette Buttigieg sejra tipprotesta għax għadha ma qabditx art fil-qasam tas-Saħħa.

Antoine Borg se jipprotesta għax hawn ħafna turisti

Tonio Fenech se jipprotesta għax ilu ma jaqla’ rigal.

 

Robert Arrigo għandu x’jaħbi li mhux relatat mas-servizzi finanzjarji

Għandu xi ħaġa moħbija Robert Arrigo. Sigriet li m’għandux x’jaqsam xejn mas-servizzi finanzjarji.

F’dan ir-ritratt jidher iżomm t-shirt bi kwotazzjoni tal-Maġistrat Taljan Paolo Borsellino li inqatel mill-Mafia f’Palermo u fih il-kitba bit-Taljan … “Min jibża’ jmut kull jum. Min ma jibżax imut darba”.

Robert Arrigo għandu kuraġġ jitkellem?

 

Kemm ilu li l-PN tkellem fuq il-prezz taż-żejt, għola bi 13%

Kemm ikun aħjar kieku Simon Busuttil ma jiftaħx ħalqu dwar il-prezz taż-żejt. Mindu tkellem hu fl-aħħar jiem dwar il-prezz taż-żejt, għola bi 13%. Rapport ta’ dalgħodu fuq Bloomberg Business juri kif ftehim li laħqu bejniethom ir-Russja u l-Għarabja Sawdija dwar il-kontroll fuq il-produzzjoni taż-żejt wassal biex il-ħażniet enormi li kien hawn ta’ żejt żejjed jibdew jonqsu sew u għaldaqstant bdew jogħlew il-prezzijiet.

Il-prezzijiet tal-fuel f’Malta  niżlu disa’ darbiet u mistennija jerġgħu jorħsu f’April  u jibqgħu stabbli għal 3 xhur oħra, dan minkejja li ż-żejt reġa qabad it-triq tat-telgħa.
L-istess jista’ jingħad għall-prezz tal-elettriku li skont il-Eurostat, Malta għandha t-tielet l-irħas prezz tal-elettriku għad-djar Maltin fl-Unjoni Ewropea kollha.
Mhux ta’ b’xejn li Malta għandha ekonomija b’saħħitha.
Jekk Simon Busuttil jagħlaq ħalqu fuq iż-żejt jagħmel pjaċir lid-dinja.
Bloomberg Oil report

Meta ma tużax l-ixkupa …

Qed toħroġ iddur bil-karozza ta’ binha tieħu r-ritratti tan-nies. Il-karozza Volkswagen Polo Silver bin-numru tar-reġistrazzjoni DBM 103. Jiddispjaċini m’għandix ritratt!

Mbagħad ġieli tieqaf tieħu naqra orange juice, ġeneralment bil-BM imma meta tkun trid toħroġ bil-moħbi … hemm il-karozza tat-tifel.

 

daphne giorgio's (3)

 

Fake, Bonett u Camilleri bl-istess messaġġ

Il-portavuċi ta’ Simon Busuttil tella’ ritratt fuq Facebook tiegħu li fih messaġġ ċar u tond, ‘Fake’ … qalilna s-Sur Bonett.

L-istess messaġġ li kellu Ivan Camilleri wara intervista li għamel lil Ministru Owen Bonnici.

Possibbli li din biċċa xogħol ta’ Clyde Puli?

Għax is-soltu Tonio Fenech jgħaddi l-messaġġi lil Camilleri fil-google group.

 

Matthew Bonett fake

#TANDEM

 

 

Kandidat ġdid imħallas mill-poplu jgħajjar lil min jikkritikaħ

Batsa kollu Knejjes u qdusija. Ivan Bartolo li hu kandidat ġdid tal-PN riċentement wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2013, daħal jaħdem ma’ entita governattiva.  Avolja jgħidu li l-gvern jimpjega biss lil tal-qalba, Ivan Bartolo sab impieg bħala Job Coach mal-ETC. Dan il-gvern ma jħarisx lejn l-uċuħ. Hekk għandu jkun.

Il-PN iħoss li Ivan Bartolo huwa akkwist kbir, billi kien għamel żmien mal-Labour wara li l-vokazzjoni tiegħu għas-saċerdozju ntemmet ħesrem. Hemm min jgħid li kienu keċċewh mis-Seminarju. Mhux affarina x’ġara, imma ġaladarba qiegħed fl-arena politika ma nistgħux ma nieħdux nota ta’ dak li jgħid u jagħmel bħala persuna li qed taspira li tkun fil-Parlament jew saħansitra Ministru.

Tisimgħu jitkellem taħsbu saċerdot, imma biex jitgħajjar joqgħodx lura, anke jekk imħallas minn flus il-poplu.

Mhux kapaċi jaċċetta kritika. Lil waħda mara li wriet li mhux qed taqbel ma’ dak li kien kiteb fuq Facebook, għajjarha ċerċura. Inħallsuh biex jgħajjar lin-nies … hekk suppost jgħidu dawk li jippontifikaw kontra dan il-blog u kontra kull min jiftaħ ħalqu biex jikkritika lil PN.

Li kandidat, u Kunsillier tal-PN jitħallas mill-gvern u jgħajjar lin-nies ma fiha xejn ħażin għal sezzjoni tal-media u tas-soċjeta. Ħadd ma jistaqsi jekk hux qed juża l-Facebook biex jgħajjar lin-nies waqt il-ħin tax-xogħol.

 

Ivan Bartolo Tania Xuereb cercura

 

Il-qaddisin li jimxu fl-art ma jgħajjrux ċrieċer lin-nies li ma jaqblux magħhom. Kristu kien jgħallem li min jgħatik daqqa ta’ ħarta dawwar wiċċek in-naħa l-oħra ħalli jagħtik oħra mhux tinfexx tgħajjru.

Ivan Bartolo ma persuna ohra

#IntollerantiGħalKritika

 

 

 

Jasal lura Malta u jiskadi l-ultimatum!

Illum ftit wara nofs in-nhar (12:25pm) Simon Busuttil jasal lura Malta b’titjira tar-Ryanair minn Turin. Kif jasal jiskadi l-ultimatum li ta lil Prim Ministru.

Kif jasal lura nittama li jkun hemm min jistaqsih jekk hux se jilqa’ l-isfidi li għamillu l-Prim Ministru.

Lest jirrepeti barra l-Parlament l-allegazzjonijiet li għamel nhar l-Erbgħa?

Lest iqiegħed lilu nnifsu suġġett għal Tax Audit mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni?

Ma tistax tafdah fuq nagħġa aħseb u ara fuq affarijiet aktar importanti.

 

 

Simon Busuttil airport Turin back 1

 

Simon Busuttil airport Turin back 2

David ikkopja lil Simon

David Agius ikkopja lil Simon Busuttil u ġera l-maratona. F’dan ir-ritratt jidher ma’ Kristina Checuti u Graziella Attard Previ.

Mario de Marco, ieħor b’ħalqu magħluq

Il-Viċi Kap ma qal xejn fuq Trust Companies. Bħala Avukat ta’ ditta ewlenija u konsulent tal-Malta Enterprise, Mario de Marco għandu esperjenza twila fejn jidħlu finanzi, tant hu hekk li hu x-Shadow Minister tal-Finanzi w Ekonomija.

Imma f’dawn l-aħħar jiem bela’ lsienu. Jekk irid għandu ħafna xi jgħid fuq Trust Companies.

Għax ma jgħidx xi ħaġa?

Jason Azzopardi ma tkellimx fuq Trust Companies

Is-soltu mdorri jagħmel konferenza tal-aħbarijiet kważi kull jum. Sa ftit tal-ġimgħat ilu Gaffarena u d-Dipartiment tal-Artijiet kienu s-suġġetti favoriti tiegħu. Kull jum kien jgħid xi ħaġa dwarhom.

Minn nhar l-Erbgħa ‘l hawn, ma tkellimx iktar. Tbikkem.

X’jista’ jgħidilna fuq Trust Companies l-iljun tal-PN?

Irid iressaq vot ta’ sfiduċja fil-gvern

La Simon Busuttil jiġi lura minn Turin mistenni jressaq vot ta’ sfiduċja fil-gvern. Sorsi fid-Dar Ċentrali qed jgħidu li minn din l-aħħar kontroversja, l-PN se jimmonta kampanja sħiħa fil-ġimgħat li ġejjin.

L-istrateġija bdiet titħejja fil-jiem li għaddew u matul il-ġimgħa se jkun hemm aktar laqgħat fejn se jieħdu sehem Simon Busuttil u Beppe Fenech Adami fost uffiċjali oħra tal-PN biex jimmontaw kampanja bla preċedent attakk fuq il-Ministru Konrad Mizzi fost l-oħrajn.

Laqgħat oħra mistennija jsiru biex jikkonvinċu lid-Deputati xettiċi minn din l-istrateġija, li din hija l-aħjar triq. Hemm Deputati tal-Oppożizzjoni li huma mwerwrin kif tista’ tiżvolġi s-sitwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin għaliex jistgħu ikunu huma wkoll taħt il-lenti u ma jaqblilhomx. Għaliex jista’ jkun hemm dispkrepanzi fid-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom.

Għalkemm Konrad Mizzi kien ikkritikat talli fetaħ Trust Company fi New Zealand, f’talba bla preċedent, poġġa l-karti kollha tiegħu fuq il-mejda u ma ħebiex il-fatt mid-dikjarazzjoni tal-assi li mistennija titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fiż-żmien li ġej.

Id-Deputat indipendenti Marlene Farrugia mistennija tivvota mal-Oppożizzjoni meta jitressaq il-vot ta’ sfiduċja.

Tliet ijiem jitkerraħ lejn il-mobile

Il-Juve ħelsuha ħafif minn taħt Simon Busuttli u llejla rebħu 2-0 lil Inter. Ilu Turin minn nhar il-ġimgħa u f’kull ritratt li nqabad dejjem bil-mobile f’idejh.

Għamel tliett ijiem ‘il boghod minn Malta u fuq il-mobile. Min kien qed jibghatlu l-messaġġi?

Nassumu li kien hemm naturalment Kristina, Beppe Fenech Adami biex jagħmel il-punt tiegħu, forsi wkoll dawk id-Deputati li din il-ġimgħa tkellmu ma’ Konrad Mizzi u esprimew miegħu in-nuqqas ta’ qbil ma’ dak li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-attakk li qed isir fuqu.

Ma deherx li kien kuntent b’li qed jirċievi.

 

Simon Busuttil Turin mobile (2)

Simon Busuttil Turin airport (2)